Skip to content

Mużika 21 – numru 048

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-48 edizzjoni li hija d-disa’ programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Audrienne Fenech  – I Want You To…

Stefan Varga – Elf Miljun Darba

The Travellers – Is-Sbuħija ta’ Dan iż-Żmien (Carlo Gerada remix)

Antares Flare – Mirror People (Live Session)

Sean Borg – Kuntent Int Kuntent Kulħadd

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Kemm joħroġ diski f’sena Andre Camilleri? Wara li l-ġimgħa l-għaddiet għażilt l-album No Cure for the Blues tal-kantawtur Malti-Awstraljan Andre Camilleri, u għedtilkom li huwa s-sitt album tiegħu din is-sena, illum għażilt li ndoqq xi siltiet mis-seba’ album tiegħu li ħiereġ din il-ġimgħa stess. Id-data uffiċjali tal-ħruġ tal-album On and On ta’ Anrdre Camilleri hija l-31 ta’ Awwissu, però dan l-album ilu li tħabbar fuq Bandcamp b’anteprima diversi ġimgħat ilu.  Minnu se nisimgħu:

  • On and On
  • Wings
  • You Turn Me On
  • Long Black Train Nr.3

Isma’ jew niżżel l-album On and On ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

 

Victor Chetcuti - Next to You - album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Next to You ta’ Victor Chetcuti. Dan huwa l-aħħar album li ħareġ dan il-kantawtur Malti-Ingliż ibbażat f’Birmingham, fl-2017. Kien hemm żmien meta lil Victor konna nisimgħu bih regolari fix-xena alternattiva lokali, tant li sieħbi Michael Bugeja fetaħ CD album irrekordjat waqt il-programmi tiegħu ta’ Rockna fuq Net FM madwar għaxar snin ilu propju b’kanzunetta ta’ Victor Chetcuti. Dawn l-aħħar 5 snin però, ftit li xejn smajna aktar mingħandu. Ħasra, skont jien. Minn dan l-album se nisimgħu dawn it-tliet siltiet:

  • Nice and Easy
  • Next to You
  • Song With No Name

Isma’ jew niżżel l-album Next to You ta’ Victor Chetcuti kollu fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

 

Leave a comment...