Skip to content

Mużika 21 – numru 047

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-47 edizzjoni li hija t-tmien programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Shaun Farrugia  – I Don’t Wanna Fall Asleep Yet

Michela – Lost in the Shadows

Myles Azzopardi – Going Over

One11 – Flight

Geo Debono x Toby Farrugia – Freedom of Love

Chris Birdd – Home Run

Chris Birdd – Be My Baby

Loathe & Sleep Token – Is It Really You

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Tislma lil Jesmond Tedesco Triccas (1963–2022). It-Triccas huwa magħruf l-aktar għall-verżjoni satirika bil-Malti ta’ Hotel California. Din ħaġa tajba, imma kważi ngħid ħasra, għax huwa kien ferm aktar minn dan il-kważi one hit wonder li indubjament se jibqa’ miftakar għalih fis-snin li ġejjin.  Ibda biex, Jes kien kitarrist versatili. F’żgħożitu daqq ma’ diversi bands relattivament underground, inkluz Prinz Eugene u Sing Sing, fost oħrajn, sa ma fforma d-duo Freeway ma’ Toni Vella. Il-Freeway kienu jispeċjalizzaw f’arranġamenti satiriċi ta’ kanzunetti Maltin popolari u kisbu suċċess l-aktar permezz tad-diversi dehriet tagħhom fuq it-television. Ironikament, dan kważi kważ jorbot ma’ dak li konna qed ngħidu l-aħħar edizzjoni ta’ M21 dwar Gejtu Kanta.

F’nofs is-snin disgħin it-Triccas daħal fix-xena tal-konkorsi tal-kazunetti, inkluż is-suċċess Issa, li kienet il-verżjoni bil-Malti tal-kanzunetta This Time ta’ William Mangion mill-Eurovision Song Contest tal-1993. Ħa sehem xi darbtejn oħra bħala kantant fil-Festval tal-Kanzunetta għall-Ewropa (1996 u 1997), u fl-1999 rebaħ il-festival l-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Il-Karrakka ta’ Mario F. Caruana u Renato Briffa. Wara dan nistgħu ngħidu li l-karriera tiegħu fil-qasam tal-ispettaklu kienet iddedika kważi esklussivament għat-teatru (inkluż it-teatru mużikali) u d-drama fuq it-television. Jesmond Tedesco Triccas twieled fl-24 ta’ Jannar 1963 u miet fl-età ta’ 59 sena nhar l-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2022.

  • Lukanda Kalifornja (Earth Garden 2014 ma’ Xalata Rock)
  • Kemmuna Airways għall-Ewropa
  • Reach Out Your Arms
  • Il-Karrakka

Aktar dwar Jesmond Tedesco Triccas fuq il-wiki tal-M3P

 

Andre Camilleri - No Cure For The Blues album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa No Cure for the Blues ta’ Andre Camilleri. Dan huwa s-sitt album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan. Iva, is-sitt wieħed din is-sena! Diġa kellna ċans nisimgħu materjal ieħor li ħareġ din is-sena stess waqt Mużika 21. Illum se niffokaw fuq dan l-album li ħareġ propju nhar Santa Marija fil-15 ta’ Awwissu 2022.  Minnu se nisimgħu dawn l-erbgħa siltiet:

  • No Cure for the Blues
  • Don’t Want It Anymore
  • The Road Goes On And On
  • I Must Have Been Out Of My Mind

Isma’ jew niżżel l-album No Cure for the Blues ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...