Skip to content

Mużika 21 – numru 034

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bl-34 programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…

Bitterside – Future

Maxine – Lie Lie

Toby, Armani & Destiny – Pump Up The Jam

Aidan – Ritmu (acoustic)

The JoyGivers – Baħar Jaqsam

Glen Montanaro + Xhud – Man of Gold

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: X’ħoss jagħmlu Overdrawn? U x’sar minnhom? Qabel xejn, però, min huma Overdrawn? Overdrawn huwa trio jew forsi kwartet ta’ rock alternattiv minn Malta li s’issa qatt ma deher waqt is-sensiela ta’ poddati ta’ Mużika Mod Ieħor. Ir-raġuni għal dan hija li qatt ma tfaċċaw fuq ir-radar tiegħi qabel issa. Din stramba għax għandhom tliet siltiet fuq YouTube u waħda minnhom hija t-tip ta’ video li normalment ninkludi bla problemi ta’ xejn waqt il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor.  Minn fuq Spotify sirt naf li Duncan Borg id-drummer and Nigel il-kantat u kitarrist ħolqu dan il-kumpless fil-bidu tal-2017, u ftit wara ingħaqad magħhom kitarrist ieħor li jismu Lazar. Eventwalment dan donnu sparixxa u floku (ma nafx eżatt) daħal Matthew Grech fuq il-bass. Flimkien irrekordjaw dawn it-tliet siltiet li semmejt fuq YouTube, li nsibuhom ukoll fuq Spotify. Ma nafux xi jmiss għalihom, imma mill-paġna tagħhom fuq Facebook jidhru li għadhom flimkien.

  • Until I Go
  • Sunshine (feat. Denise Buckle)
  • Down

Tista’ tisma’ l-mużika ta’ Overdrawn fuq Spotify.

 

Banjo Lucia - Peccadilloes cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Peccadillos ta’ Banjo Lucia. Din il-kantanta Awstraljana diġà ltaqjna magħha drabi oħra sew waqt Mużika 21 kif ukoll fil-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor.  Il-konnessjoni tagħha ma’ Malta hija waħda familjali; ommha hija Mama Kin, jew ossija Danielle Caruana, kantawtriċi Maltija-Awstraljana li ġejja minn familja mużikali stabbilità ferm, inkluż rabtiet li jmorru lura sas-snin 40 tas-seklu l-ieħor. Peccadillos ħareġ għall-bejgħ fuq Bandcamp fis-6 ta’ Mejju 2022. Minnu għażilt tliet siltiet:

  • Lion Boy
  • Leave Again
  • Last Song

Tista’ tisma’ jew takkwista l-EP Peccadillos ta’ Banjo Lucia fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...