Skip to content

Mużika 21 – numru 033

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bit-33 programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…

Anthea – What It Do

Kelsey Bellante – Guilty Love

Rheez – PTSD

MeadowStrings – Għix il-Ħajja

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Carmelo Muscat il-Captain (1928-2012) Fit-tieni parti tal-lum qed infakkru 10 snin mill-mewt ta’ kitarrist prim Malti, modern, li miet fis-16 ta’ Mejju 2012. Il-Captain għallem il-mużika lil uħud mill-aktar ismijiet popolari fix-xena tal-mużika Maltiija. Dawn jinkludu lil Freddie Portelli, Mary Spiteri, u Joe S. Grech. U huwa propju Joe S. Grech li ħareġ album bil-mużika ta’ Carmelo Muscat il-Captain, Mellieħi bħalu, miktuba bejn l-1960 u l-1992. Originarjament dan l-album inħareġ bħala CD b’tnax il-silta fl-2006, meta l-Captain kien għadu ħaj. Issa dan l-album ġie remastered u sitt siltiet minnu nħarġu mill-ġdid fuq Bandcamp.

Tista’ tisma’ jew takkwista The Captain Album ta’ Joe S. Grech fuq Bandcamp.

 

Glen Montanaro - Xhud - album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Xhud ta’ Glen Montanaro li se joħroġ għall-bejgħ fuq Bandcamp fil-21 ta’ Mejju 2022. Din hija l-ewwel darba waqt il-programm mużika 21 li qed indoqq siltiet minn album li ħiereġ dalwaqt flok wieħed li ħareġ diġà. (Minn hawn nagħmel appell lil aktar mużiċisti biex jgħadduli kopji tal-albums tagħhom qabel joħorġu jekk iridu li ndoqqhom f’mument tajjeb mad-data tal-ħruġ oriġinali.) Minn dan l-album diġà daqqejt is-silta Borders fl-aħħar edizzjoni ta’ Mużika 21. Illum qed nagħżel 3 siltiet oħra. Flimkien mal-kitarrist Glen Montanaro nisimgħu lil Jan Sedlák fuq il-kuntrabaxx u Anders Bak Julsgaard fuq id-drums. Is-siltiet li għażilt huma:

  • Protagonist
  • Unison
  • Clint

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album Xhud ta’ Glen Montanaro fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...