Blog

  • Mużika 21 – numru 075

    Mużika 21 – numru 075

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-75 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Claire Tonna Never Enough
    • The Areola TreatInto My Shadow
    • OverdrawnJumpstart My Heart
    • BahjatYa Habibi Janbik
    • Empire of the AntsCapitulation (Ed Blank mix)
    • Carlo Muscat + Tony Tixier The Trees of Tollygunge

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min hu George Pollacco? Ilna ftit ma nagħżlu tema bħal din. U allura ħassejt li wasal il-waqt li niltaqgħu ma’ mużiċist Malti li tassew mhux magħruf, u hija ħasra li mhux magħruf aktar. Forsi uħud mis-semmiegħa tagħna jafu lil George Pollacco mis-snin twal ta’ ħidma tiegħu mal-istazzjon tar-radju Malti RTK. Oħrajn forsi jiftakruh fix-xena tal-mużika alternattiva, speċjalment fil-bidu tas-snin 80, meta kien ferm iżgħar milli hu llum.  Jiena kelli x-xorti ndoqq miegħu madwar 35 sena ilu, flimkien ma’ xi mużiċisti oħra ħbieb tagħna, matul is-sajf tal-1988. Dan l-aħħar George Pollacco qiegħed regolment jirregala l-mużika tiegħu lill-ħbieb tiegħu fuq Facebook. U dan huwa kif jidħol fil-kuntest ta’ Mużika 21, il-ħsejjes minn Malta s-seklu 21. Ilu għaddej bihom ftit mhux ħażin issa dawn, imma llum għażilt li ndoqqilkom 3 siltiet, b’ismijiet derivati mill-mod kif ħariġhom fuq Facebook flimkien ma’ immaġni mill-kosta ta’ Tas-Sliema.

    • Last Autumn
    • The Storm
    • Winter Walks

    > Sib lil George Pollacco u l-mużika tiegħu fuq Facebook.

    Andre Camilleri - Famous When Dead album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Famous When Dead ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan għal din is-sena, l-2023. Qed ngħid hekk għax indubjament Camilleri se jispiċċa joħroġ xi erbgħa albums oħra apparti dan, l-istess kif għamel is-sena l-oħra u fi snin riċenti. L-istill tiegħu huwa partikolari u relattivament sempliċi, b’emfasi partikolari fuq il-kliem tal-kanzunetta.  U għalhekk illum għażilt li ndoqq dawn l-erbgħa:

    • Cruising
    • Satisfied
    • Don’t Look Back
    • Let It Go

    > Isma’ jew niżżel l-album Famous When Dead ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 074

    Mużika 21 – numru 074

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-74 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Bee Anke Jien
    • Kapitlu TlettaxTibkix
    • DigbyĦudni Kif Trid
    • Kurt Calleja + Kevin PaulKieku Nista’
    • Alexandra Alden Muscle and Blood
    • Shaun FarrugiaCount on You (acoustic)
    • Marty RiversI’m Available

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Diski maħruġa fuq il-Vinyl. Illum qed ninkludi żewġ diski ġodda li ħarġu fuq il-vinyl.  Din jidher li hija xi ħaġa li qed terġa’ tieħu r-ruħ sew.  Iż-żewġ eżempji tal-lum huma t-tnejn minn esponenti Maltin b’rabtiet ma’ ditti ta’ diski barra minn Malta. Waħda hija minn album li se jkun fit-tielet parti tal-programm xi darb’ oħra; mhux illum. Din hija t-title track Let the Music Flow ta’ Sound Synthesis maħruġa fuq it-tikketta Infiltrate mir-Renju Unit. L-oħra hija Levity Horns ta’ Manwel T fuq it-tikketta Levity minn Franza.  Din maħruġ bħala 7″ single fuq vinyl blue, u qed indoqq ukoll il-B-side tagħha li hija verżjoni dub ta’ l-istess silta.

    Robert Farrugia - Ċipress album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ċipress ta’ Robert Farrugia. Dan il-mużiċist mhux xi wieħed magħruf ħafna f’Malta. Forsi minħabba l-istil ta’ mużika li jipproduċi. Pero xorta waħda huwa prolifiku ferm u naħseb li jista’ jkollu ferm aktar segwaċi lejali kieku aktar nies isir jafu bih, sew f’Malta kif ukoll barra. Dan l-album ħareġ fuq Bandcamp u pjattaformi diġitali oħra fis-16 ta’ Frar 2023 hekk kif kien għaddej Sanremo fl-Italja u l-Malta Eurovision Song Contest. La għandu x’jaqsam ma’ wieħed u wisq anqas mal-ieħor. Minnu qed indoqq dawn:

    • Ċipress
    • Sekwenzi
    • Seafoam (feat. zakè)
    • Venules

    > Isma’ jew niżżel l-album Ċipress ta’ Robert Farrugia fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 073

    Mużika 21 – numru 073

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-73 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Bark Bark Disco ft. JOON Love Cuts
    • Mikhail AttardLeħen Fiċ-Ċpar
    • Andre CamilleriOnly Here for a Little While
    • The Areola TreatTell a Lie
    • Karm Debattista mssp Int Tafni + Search Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Claire Tonna live b’Songs for a Transfigured Heart. Dan il-album irrekordjat live ħareġ matul Frar fuq diversi pjattaformi diġitali, inkluż Bandcamp u Spotify. Dan huwa recording ta’ kunċert li tat Claire Tonna f’October 2022 ġewwa l-Offbeat fil-Belt Valletta. L-intenzjoni primarja ta’ din il-kantawtriċi kien li tiġbed l-attenzjoni li il-kommunità queer fil-Kenya, fejn hemm taqbida sħiħa kont narrattivi omofobiċi u vjolenti. Minnu jien għażilt dawn is-siltiet

      1. Never Enough
      2. I Can’t Give you My Love
      3. Everything Belongs

    > Isma’ jew niżżel Songs for a Transfigured Heart ta’ Claire Tonna fuq Bancamp.

    Karmaġenn - Urbanali cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Urbanali ta’ Karmaġenn. Għalkemm hemm diversi kollaboraturi involuti f’dan il-proġett, il-moħħ u r-ruħ warajh huwa Noah Fabri. Is-sax ta’ James Cummings jidwi b’mod distint fuq dan l-album ukoll. Dan huwa t-tieni album ta’ Karmaġenn mill-2019, jew it-tielet, jekk bħali tqis l-EP tal-2020 Il-Ħsibijiet ta’ Martina bħala album flok EP. Minn Urbanali għażilt li ndoqq dawn:

    • Ħossha f’Mossa
    • Uċuħ fis-Sħab
    • Tindifa
    • Ir-Rebbiegħa għand Robi

    > Isma’ jew niżżel l-album Urbanali ta’ Karmaġenn fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 072

    Mużika 21 – numru 072

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-72 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-sitt staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Is-Suffarin Nofs Mewta
    • Dylan De BonoNamaste
    • SOWLFireworks
    • Kill the ActionLevel
    • Damaged & Co. Vengeance is Mine
    • Oblique VisionsXIII
    • Owen Leuellen ft. Luke ChappellDear God

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Is-soundtrack tal-film qasir Wherever I May Find Her ta’ Rachel Micallef Somerville minn Fake Ophelia. Dan il-film inħadem f’Berlin fl-2022. Il-mużika oriġinali  ta’ Fake Ophelia tinkudi ukoll xi varjazzjonijiet fuq il-kanzunetta Theresa ta’ Das Birthday Girl, li serva t’ispirazzjoni għall-karattru prinċipali fil-film. Fake Ophelia ipproduċa dawn l-ħsejjes biex jevoka s-sens tal-memorji, jew aħjar il-ħoss tal-memorji. Is-soundtrack inħarġet fuq Bandcamp fis-7 ta’ Diċembru 2022.

      1. Bliss
      2. On Account of Memories
      3. Stillness in Motion
      4. The Different Connotations of an Observatory and a Lighthouse
      5. Sight

    > Isma’ s-soundtrack tal-film qasir Wherever I May Find Her ta’ Rachel Micallef Somerville minn Fake Ophelia fuq Bancamp.

    Pyramid Suns - Reflections cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Reflections ta’ Pyramid Suns. Dan inħareġ minn Kewn Records fuq Spotify, Bandcamp, u diversi pjattaformi oħra fit-13 ta’ Jannar 2023. Xi siltiet minnu daqqejthom diġa fuq edizzjoni ta’ M21 is-sena li għaddiet. Illum daqqejt dawn:

    • The Desert
    • Groove Alchemy
    • The Fool
    • Cold Wind

    > Isma’ jew niżżel l-album Reflections ta’ Pyramid Suns fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.