Blog

  • Mużika 21 – numru 062

    Mużika 21 – numru 062

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-62 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fil-ħames staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Avenue Sky Minn Taħt l-Ilsien
    • Kantera feat. HooliBil-Kelma t-Tajba
    • Alex Alden – Love Was a Monster (demo)
    • BahjatTogether We’re Champions (Ole Ole Ole)
    • NoogMos Deadly Pt 1
    • Mizak x Amber WoodsWait for You
    • Wayne GrimaWhile My Heart Gently Weeps

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Tislima lil Carmen Tanti tal-Greenfields. Nhar il-Ħamis l-1 ta’ Diċembru tħabbret għall-għarrieda l-mewt ta’ Carmen Tant tal-Greenfields fl-età ta’ 75 sena. Ma nkunux qed naseġaraw jekk ngħidu li Carmen hija leġġenda tal-kanzunetta popolari Maltija f’dawn l-aħħar 50 sena. Flimkien mar-raġel tagħha Joe u l-ħabib tagħhom Charles Bajada, hija fformat il-grupp Greenfields fl-1970. Flimkien huma pprovdew nifs ġdid għall-kanzunetta popolari bil-Malti sa ma miet Charles Bajada fl-1990. Carmen u Joe xorta komplew bħala duo u ssuktaw jikisbu popolarità sa żmienna, mibnija fuq dawk is-suċċess bikrin tas-snin 70 u 80.  Illum se nisimgħu 3 recordings b’tifkira ta’ Carmen Tanti mis-seklu 21:

    • Ġejja d-Dagħjsa (mill-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2013)
    • Iż-Żmien Għaddej ma’ Bernie & Pod (minn Mużika Mużika tal-2021)
    • Iż-Żmien Għaddej (verżjoni ta’ Nadine Axisa)

    Aktar dwar il-Greenfields fuq il-wiki tal-M3P

    Andre Camilleri - Layin Low cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-aħħar wieħed għall-2022 mingħand Andre Camilleri. Dan jismu Layin’ Low u huwa t-tmien album li ħareġ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan matul din is-sena. Għalkemm diġà jinstab fuq il-Bandcamp flimkien mal-albums l-oħra tiegħu, id-data uffċjali tal-ħruġ hija fl-lejliet il-Milied. Ma nistax nimmaġina li se jirċievi wisq attenzjoni dak in-nhar, u allura ħassejt li jkun xieraq li ndoqq xi siltiet minnu llum qabel ma jien ukoll nibda dieħel fl-ispirtu festiv:

    • Layin’ Low
    • Low Down Dirty Shame
    • Here and Now
    • Nothing But the Blues

    > Isma’ jew niżżel l-album Layin’ Low ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Everywhere

    Everywhere


    Show notes for the 661st Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    1905M’Alla

    BahjatTogether We’re Champions (Ole Ole Ole)

    RheezTemporary Forever

    One11Sway

    Juno ValdezPockets

    Avenue SkyMinn Taħt l-Ilsien

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.

  • Mużika 21 – numru 061

    Mużika 21 – numru 061

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-61 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħames staġun.


    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Juno Valdez Pockets
    • DrakardOver
    • Red Electric – Vampire
    • Kevin BorgYoung at Heart
    • RheezCan’t Be Us
    • RheezTemporary Forever
    • 1905m’Alla

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Dopamine ta’ Lyndsay, live. F’edizzjoni riċenti ta’ Mużika21, dan l-album Dopamin ta’ Lyndsay Pace kien l-album tal-ġurnata fit-tielet parti tal-programm. Illum għażilt li t-tema tal-programm tkun propju r-recordings li saru live waqt it-tnedija ta’ dan l-album nhar l-20 ta’ Settembru li għadda, fl-Ivy House ta’ San Ġiljan, jew aħjar fis-Swieqi. Dak in-nhar Lyndsay kienet akkumpanjata mill-band tagħha. Dan l-istil t’akkumpanjament jgħiduli unplugged jew acoustic, imma fil-verità huwa sempliċiment 4 mużiċisti jdoqqu live, b’tal-anqas tnejn jew tleta minnhom ipplugjati sew bl-instrumenti elettriċi jew elettroniċi tagħhom. Insomma, hi x’inhi din żgur opportunità biex nisimgħu uħud mis-siltiet popolari tagħha f’verżjoni live mingħajr wisq xinxilli u effetti tal-produzzjoni:

    • Booty Call
    • Sick of Me
    • That’s Love (feat Matt Blxck)
    • Dopamine

    Sib il-video ta’ dan il-kunċert kollu fuq YouTube

    The i-Skandal - Skakkomatto cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Skakkomatto  ta’ The i-Skandal li ħareġ fl-2006. Dan il-grupp Malti sfortunatament m’għadux jeżisti imma tal-anqas ħallielna recording tassew memorabbli b’siltiet tassew rappreżentattivi tal-ħoss li kienu joffru lis-segwaċi tagħhom ftit aktar minn 15-il sena ilu. Mis-sitt siltiet li fih, jiiena għażilt dawn:

    • Como Estas?
    • Għala?
    • Living a Lie
    • Adjectives

    > Emmen jekk trid, xi siltiet minn dan l-EP Skakkomatto ta’ The i-Skandal għadhom jeżistu fuq il-MySpace, imma aktarx ma jaħdmux sew.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 060

    Mużika 21 – numru 060

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-60 edizzjoni li huwa t-tminn programm fil-ħames staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • One Pixel Moon Għalik
    • BrikkuniInsa
    • Funky MonkeyIr-Realtà
    • DigbyIfhmuni
    • One11Ira (Doja Remix)
    • AntheaSay Too Much
    • Gaia Cauchi11:11
    • Luke ChappellDon’t Forget Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Il-klarinett klassiku ta’ Jessica Ellul. Ili ftit biex invarja l-istili mużikali waqt dan il-programm. Ikun hemm min jaf jgħidli li diġà hemm varjetà kbira ta’ stili mużikali waqt dawn il-programmi.  Però rari inkludejt mużika orkestrali. U allura llum hekk se nagħmlu. Dan permezz ta’ xi siltiet mill-album Mewġa ta’ Jessica Ellul li ħareg madwar sentejn ilu. Ipprovajt insib l-album imma jidher li huwa disponibbli mkien ħlief fuq Spotify. Il-kompożizzjonijiet li fih jinkludu diversi minn kompożituri Maltin (eż: Charles Camilleri, Joseph Vella, Etienne Spiteri, u Ronnie Debattista), bħal m’huma dawn t-tnejn li qed ninkludi fil-programm:

    • Adagio for Clarinet and String Orchestra ta’ Freddie Mizzi
    • Mewġa ta’ Ray Sciberras

    Isma’ l-album Mewġa ta’ Jessica Ellul kollu fuq Spotify

    Melchior Sultana - High Frequencies cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP High Frequencies  ta’ Melchior Sultana. Tajjeb infakkarkom li Melchior Sultana huwa l-mużiċist Malti li jakkumpanja l-promos ta’ dan il-programm li jinsemgħu regolarment fuq Campus FM.  Insomma, dan l-EP l-ġdid ħareġ fil-5 ta’ Novembru u fih biss żewġ siltiet, fl-istil li issa drajna sew mingħand Melchior Sultana fuq it-tikketta Profound Sound Music.

    • Manifest Your Vision
    • Time Machine

    > Isma’ jew niżżel l-EP kollu High Frequencies ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.