Blog

  • Mużika 21 – numru 089

    Mużika 21 – numru 089

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-89 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Gilbert Gauci Broken Me
    • Chris BirddBestie
    • The VeltsNowhere is Everywhere (minn Past Tense)
    • The BrideGarden of Delight (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min huma Memphis, Mac?  Riċentament waqt l-Earth Garden kien hemm diversi esponenti mużikali li jkolli ngħid li m’inix kompletament familjari magħhom. Memphis, Mac jidħlu kexxun f’din il-kategorija. Fittixt naqra biex nara min huma u sirt naf li huma 3 mużiċisti Maltin flimkien ma’ kantant u kitarrist li naħseb li huwa Ingliż.  Dan il-kantant jismu Cameron Gray u l-mużiċisti Maltin huma  l-kitarrist Andreas Micallef, il-bassist Luca Grima, u d-drummer Erin Portelli. Illum se nisimgħu siltiet mid-dehra tagħhom live waqt 2ube Xtra 2023 irrekordjat madwar xahar qabel ma dehru fl-Earth Garden, eżattament fl-4 ta’ Mejju 2023  fil-Paul McCartney Auditorium tal-Liverpool Institute for Performing Arts.

    > Ara l-kunċert tal-Memphis, Mac f’Liverpool kollu fuq YouTube

    Melchior Sultana - Bring the Soul Back cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bring Back the Soul ta’ Melchoir Sultana. Dan l-album ħareġ fl-14 t’Mejju 2023 fuq id-ditta tad-diski Profound Sound Music. Fl-aħħar programm ta’ qabel dan daqqejt is-silta Keep Pushin li hija l-itwal waħda fih. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Bring the Soul Back
    • Analog Pad
    • The Storm

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Bring the Soul Back ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • What

    What


    Show notes for the 668th Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    Ħajbu X Sempliċiment tat-TriqAħjar Dak iż-Żmien

    ManaTapuShulama

    The JoyGiversĦondoq ir-Rummien

    The TravellersJum Ġdid

    Cher CamilleriQalbi Tibkix

    Ben MillerNumber 1

    Matt Blxck – Black Magic

    Dylan De Bono feat. Kristjan Volchev – Lost Without You

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.

  • Mużika 21 – numru 088

    Mużika 21 – numru 088

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-88 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Julie Pomorski X Kapitlu Tlettax Wiċċ b’Ieħor
    • The TravellersJum Ġdid
    • Cher CamilleriQalbi Tibkix (minn Semgħat id-Daqq)
    • The BrideĦallikom! (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)
    • Ben Miller –  Number 1
    • Melchior SultanaKeep Pushin (minn Bring The Soul Back)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Dana McKeon mill-ġdid It-tema tal-programm ftit aktar minn sena ilu kienet din il-kantawtriċi Maltija bbażata fir-Renju Unit għal bosta snin, anke jekk aktar riċenti jidher li qed tkun ħafna fi Franza. Illum mill-ġdid diversi siltiet mingħandha wara li qrajt fuq Loveinmalta.com li diversi kanzunetti tagħha ġew inkluża f’sensielet ta’ Netflix bħal – Too Hot To Handle, Insationable, Perfect Match, u Toy Boy:

    • Let Me Be Your Light
    • I Don’t Want to Lose You
    • Tug of War (ma’ Joe Bermudez – inkluż remix ta’ Matt Caseli)

    Sound Synthesis - Schematics cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Schematics ta’ Sound Synthesis. Dan l-album ħareġ fl-14 t’April 2023 fuq id-ditta tad-diski Ingliża Gated. Keith Farrugia huwa l-artist Malti li jirrekordja b’dan l-isem ta’ Sound Synthesis u huwa wieħed mill-aktar prolifiċi fix-xena tal-mużika elettronika minn Malta. Dan l-album ħareġ ukoll f’edizzjoni vinyl, f’album doppju propjament minħabba t-tul tiegħu – fih disa’ siltiet pjuttost twal. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Ambient Talk
    • All Night
    • It Gets Better in the End
    • 140BPMadness

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Schematics ta’ Sound Synthesis fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 087

    Mużika 21 – numru 087

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-87 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kantera Mis-Sema ‘l Isfel
    • MylesStrangers
    • The Areola TreatDeserter
    • ExplicitObjection
    • Claire Tonna –  Princess Called Sea (from The Port – 2012)
    • Andre CamilleriIf You Want It Bad Enough (from Road to Ruin)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Reborn ta’ Cushion:  Iltqajt ma’ dan l-EP dan l-aħħar wara li kont ili biex indoqq xi ħaġa ta’ Cushion. Sibt li mhux biss ħareġ fl-10 ta’ Frar 2023, imma fih ukoll 3 siltiet differenti sew minn xulxin anke għax fihom insibu 3 kantanti, 4 propja, li jinterpretawhom b’mod partikolari ħafna. U llum se nsemmakom it-tlieta li huma:

    • Rumi’s Tale – Nadine Axisa
    • Rasta Far Out – Fiona Cauchi
    • Reborn – Julie Pomorski + Analise Cassar

    > Isma Reborn ta’ Cushion fuq Spotify

    MHP - if its popular - cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa If It’s Pop(ular) It’s (Not) Cool ta’ Massacre House Party. Propjament dan huwa re-issue minn Kewn Records ta’ album, jew aħjar EP, li kien ħareġ biss fuq CD xi ftit tas-snin ilu. Massacre House Party huma, jew forsi kienu, Sylvan Borg kantant u kitarra, Aaron Sammut fuq it-tnabar, u Samwel Mallia fuq il-bass. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Come On Come On
    • The Thrill
    • Wake Up
    • The Highway

    > Isma’ jew akkwista dan l-album If It’s Pop It’s Cool ta’ MHP fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.