Blog

  • Mużika 21 – numru 096

    Mużika 21 – numru 096

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-96 edizzjoni li huwa l-ħames programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Wayne SpiteriReality Check
    • Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ
    • Sean BorgStajt Tkun
    • One11 X Zion Not ZeeyonFukumean Remix
    • Denzel Jo Armani feat. Ira Losco – Love of My Life
    • Chess GaleaUn-Shy
    • Kelsey Bellante Heartbeat
    • Lawrence GrayPieces

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Tislima lil Ray Mahoney (1949-2023). Indubjament li wieħed mill-aktar kittieba tal-kliem għall-kanzunetti bil-Malti magħrufa f’dawn l-aħħar 40 sena. Sa mill-hekk imsejħa rock opera Ġensna fl-1982, Mahoney ħalla impatt fuq il-kitba tal-kanzunetti bil-Malti. Kiteb bosta kanzunetti għall-konkorsi tal-kant, b’mod partikolari ma’ Paul Abela u Dominic Galea. Magħhom kiteb ukoll numru sabiħ ta’ musicals inkluż, Bastilja, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika, il-Gwerra ta’ Spiru Cefai, Żeza tal-Flagship, it-Tieġ ta’ Karmena Abdilla, Ali Baba, u Manwel, Manwel – Il-Bandiera tal-Maltin. Fost kanzunetti oħra memorabbli li kiteb, jissemmew dawk li tkantaw fil-Eurovision Song Contest minn Paul Giordimaina u Georgina (Could It Be – li spiċċat fis-sitt post fl-1991) kif ukoll Mary Spiteri (Little Child – fit-tielet post fl-1992). Apparti dan kollu, waħda mill-aktar kanzunetti popolari tiegħu jisimiha Kemm Hu Sabiħ, oriġinarjament miktuba għal Sammy Bartolo.

    F’dan il-programm jistemgħu dawn is-siltiet irrekordjati fis-seklu 21, miktuba minn Ray Mahoney :

    • RenatoMitna Għall-Barrani minn kunċert ta’ Ġensna (2009)
    • Ira LoscoTema ’79 minn Ġensna (2014)
    • Nadine AxisaTibqa’ Int minn Moħġaġa ta’ Dominic Galea (2015)
    • Malta Philharmonic Orchestra + diversi kantantiKemm Hu Sabiħ (2020)

    Daniel Sant - Catharsis cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Catharsis ta’ Daniel Sant. Dan huwa album li ħareġ propju ftit tal-ġranet ilu, waqt kunċert f’Palazzo De La Salle nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2023. Il-mużika li nsibu f’dan l-album inkitbet primarjament dwar il-pandemija tal-Covid meta Sant kien qed jgħix u jistudja f’Utrecht, fl-Olanda. Dawn il-kompożizzjonijiet għall-pjanu juru l-versatilità ta’ Daniel Sant, li kellna okkazzjonijiet oħra nisimgħu l-mużika tiegħu waqt din is-sensiela ta’ programmi. Mill-album Catharsis għażilt dawn is-siltiet:

    • Ballad for Lost Youth
    • Spanish
    • Pilotless

    > Isma’ jew akkwista l-album Catharsis ta’ Daniel Sant fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 095

    Mużika 21 – numru 095

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-95 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Owen Leuellen ft. DestinyJuice
    • Jay Zinga X Hearts Beating In TimeI Get High (You Get Sober)
    • The Areola TreatJudgement Day
    • The BrideMaster of Contradiction
    • Myles X Sempliċiment tat-Triq – B’Ċejjeċ tal-Baħar
    • Kapitlu Tlettax Żerriegħa ta’ Mħabba
    • Manwel TJah Melody Dub

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Il-Ħoss ta’ Faddi. Darren Borg huwa wieħed mill-vetarni fix-xena tal-mużika elettronika minn Malta. Ilu attiv sa mis-snin 90. Mhux xi mużiċist li magħruf fost dawk li mhux akkaniti fuq dan il-ġeneru mużikali partikolari iżda matul is-snin irnexxielu xorta jikseb ir-rispett ta’ bosta. Illum se nisimgħu silta minn recording bl-isem ta’ Anathema maħruġ minn Unmute. Il-ħsejjes ambient techno ta’ Faddi għandhom jinżlu għasel f’dawn il-ġranet tas-sajf mill-aktar sħun.

    > Isma’ s-set sħiħ ta’ Anathema mingħand Faddi fuq YouTube

    marc-cover-easy-dialogue

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Easy Dialogue ta’ Marc Galea. Dan huwa album li ħareġ fl-2011. Ilna ftit ma nisimgħu mużika li mhux riċenti ħafna u allura ħassejt li xieraq indoqq xi siltiet minn dan l-album, anke friski kif għadna ftit tal-granet biss wara l-Malta Jazz Festival ta’ din is-sena. F’dan l-album il-kitarrist Marc Galea għandu lil Paul Abela fuq il-pjanu, il-bassist Alan Portelli, u Joe Camilleri l-Bibi fuq id-drums. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Easy Dialogue
    • Freedom
    • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
    • Innu Malti

    > Isma’ aktar mużika ta’ Marc Galea fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 094

    Mużika 21 – numru 094

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-94 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Martina CutajarRise Up
    • StefanNot Alone
    • Maria BelliaLove, X
    • Airport ImpressionsWaiting for Paradise
    • Purple Haze – No Surrender
    • Overdrawn The Way Things Used To Go
    • Matthew JamesMhux Xorta
    • Mat RosalesGħamillu Lager

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min hu D-Legacy? Ir-rapper Malti Dizzy li ismu propja huwa David Leguesse. Ilu attiv fix-xena lokali għal dawn l-aħħar 20 sena, bejn wieħed u ieħor. Għalkemm forsi mhux magħruf sew fix-xena popolari, anke jekk ikollabora m’Ira Losco fuq silta mill-album tagħha The Fire fl-2013. Aktar huwa magħruf fix-xena tal-hip hop, b’mod partikolari bħala parti mill-grupp Sixth Simfoni flimkien ma’ Simon Vella u Jon Mallia, qabel ma dan beda jirrappja bil-Malti. L-album D-Legacy għandu joħroġ dalwaqt wara bosta snin jitfassal u jissawwar.  Meta joħroġ tistgħu tibqħgu ċerti li ninkludih fit-tielet parti ta’ edizzjoni futura ta’ dan il-programm. Apparti d-dwett ma’ Ira Losco, mingħand Dave Leguesse se nisimgħu dawn iż-żewġ siltiet mill-album D-Legacy.

    • I Am Hip Hop
    • Robin

    > Ara li Dave Leguesse ikanta ma’ Ira Losco fl-2013

    Andre Camilleri - Even Aliens Get the Blues cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Even Aliens Get the Blues ta’ Andre Camilleri. Dan huwa album ieħor mingħand dan il-kantawtur Malti-Awstraljan mill-aktar prolifiku. Huwa l-ħames album tiegħu din is-sena! Naf li hemm semmiegħa li japprezaw ħafna l-mużika ta’ Andre Camilleri u għalhekk ukoll ma niddejjaq xejn ninkludi siltiet minn kull album ġdid li joħroġ, meta jkolli cans  . Illum għażilt dawn minn dan l-album li ħareġ fid-19 ta’ Ġunju 2023:

    • Even Aliens Get the Blues
    • Devil On My Trail
    • Hard Times
    • Let the Light Shine Through You

    > Isma’ jew niżżel l-album Even Aliens Get the Blues ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 093

    Mużika 21 – numru 093

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-93 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • SterjoTipiFjura
    • Sean BorgKulħadd l-Istess
    • Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ
    • Miguel Samuel feat. Jamie CardonaBaila
    • Janvil – Walkin On Air
    • Micimago On My Way
    • The Areola TreatCherry Swing

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Diski Maltin waqt Love Island Malta. Indubjament wieħed mill-fenomeni kulturali ta’ din is-sena. U jekk hemm min għandu xi dubju dwar dan, jew jixtieq jargumenta dwar it-tip ta’ kultura li qed nalludi għaliha hawn, nieqfu ftit u nikkunsidraw li dawn it-tliet diski Maltin huma fost oħrajn li nstemgħu waqt din is-sensiela ta’ programmi, indubjament frivoli, fuq l-istazzjon tat-TV nazzjonali.

    • BrikkuniFomm ir-Riħ
    • Djun feat. Alex AldenDnubiet
    • BroduIċ-Ċimiterju

    > Ara siltiet mis-sensiela Love Island Malta fuq YouTube

    Ara Lil Yoon - Taste EP cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Taste ta’ Ara Lil Yoon. Dan grupp ta’ mużiċisti ta’ nazzjonalitajiet differenti bbażati f’Berlin. Naturalment, jinkludi fih element Malti għax kieku ma ninkluduhx f’din is-sensiela ta’ programmi. Jispikka Luke Cheree fuq il-kitarra, li uħud mis-semmiegħa ta’ dawn il-programmi aktarx li jafuh aħjar bil-proġett l-ieħor tiegħu Fake Ophelia. Is-siltiet f’dan l-EP huma:

    • Taste
    • 2am
    • Pharaoh TV

    > Isma’ jew niżżel l-EP Taste ta’ Ara Lil Yoon fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.