Skip to content

Mużika 21 – numru 093

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-93 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • SterjoTipiFjura
  • Sean BorgKulħadd l-Istess
  • Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ
  • Miguel Samuel feat. Jamie CardonaBaila
  • Janvil – Walkin On Air
  • Micimago On My Way
  • The Areola TreatCherry Swing

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Diski Maltin waqt Love Island Malta. Indubjament wieħed mill-fenomeni kulturali ta’ din is-sena. U jekk hemm min għandu xi dubju dwar dan, jew jixtieq jargumenta dwar it-tip ta’ kultura li qed nalludi għaliha hawn, nieqfu ftit u nikkunsidraw li dawn it-tliet diski Maltin huma fost oħrajn li nstemgħu waqt din is-sensiela ta’ programmi, indubjament frivoli, fuq l-istazzjon tat-TV nazzjonali.

  • BrikkuniFomm ir-Riħ
  • Djun feat. Alex AldenDnubiet
  • BroduIċ-Ċimiterju

> Ara siltiet mis-sensiela Love Island Malta fuq YouTube

Ara Lil Yoon - Taste EP cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Taste ta’ Ara Lil Yoon. Dan grupp ta’ mużiċisti ta’ nazzjonalitajiet differenti bbażati f’Berlin. Naturalment, jinkludi fih element Malti għax kieku ma ninkluduhx f’din is-sensiela ta’ programmi. Jispikka Luke Cheree fuq il-kitarra, li uħud mis-semmiegħa ta’ dawn il-programmi aktarx li jafuh aħjar bil-proġett l-ieħor tiegħu Fake Ophelia. Is-siltiet f’dan l-EP huma:

  • Taste
  • 2am
  • Pharaoh TV

> Isma’ jew niżżel l-EP Taste ta’ Ara Lil Yoon fuq Bandcamp

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...