Blog

  • Nowhere Man

    Nowhere Man


    Show notes for the 672nd Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    Das Birthday GirlPain and Joy

    MylesMazikeen

    Rheez.Ħajja Reali

    AidanStrawberry

    The Travellers feat.  Ira LoscoL-Imħabba Kelma Kbira Wisq

    Lulu’Jolly

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.

  • Mużika 21 – numru 105

    Mużika 21 – numru 105

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-105 edizzjoni li huwa l-ewwel programm programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • MiggyMade You Do
    • Krista ŠujakStronger
    • The BuskerThinking About You
    • Das Birthday GirlPain and Joy
    • CherylisNgħożż

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    Mariele Żammit u Joe DebonoPARTI 2: Min hi Mariele Żammit? Nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru attendejt kunċert bħala parti minn Festalingwi fit-teatru tal-Università l-qadima fil-Belt Valletta.  Diversi nies imlew is-sala bi ħġarhom biex jaraw u jisimgħu lill-grupp Malti Djun. Qabilhom, però, kien hemm madwar tlett kwarti stupendi offruti minn Mariele Żammit, akkumpanjata fuq il-pjanu minn Christian Borg. Sfortunatament ma jidhirx li jeżisti recording ta’ din is-serata, imma aħna għandna dak li huwa l-eqreb ħaġa ta’ dan: recording ta’ Mariele Żammit tinterpreta uħud mill-istess kanzunetti waqt il-festival Ritmu li sar fl-Argotti f’Ġunju li għadda.  Dak in-nhar, Mariele kienet akkumpanjata fuq il-pjanu minn Joe Debono.

     

    The Areola Treat - Rabbit Hole cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa wieħed doppju mingħand The Areola Treat li jismu Rabbit Hole u Alabaster Hallelujah. Fil-verità, aktar milli album doppju qisu aktar żewġ albums maħruġa fl-istess ġurnata li kienet il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru. Huma għamilu ukoll kunċert jew avveniment ta’ tnedija fit-Tigulio f’San Ġiljan l-għada.  L-album huwa maħruġ fuq Kewn Records u disponibbli permezz tal-Bandcamp. Minn dawn l-albums diġà kellna diversi siltiet ippreżentati fl-aħħar xhur, però xorta waħda hemm numru sabiħ ta’ kanzunetti li ma dehru mkien qatt qabel.  L-ewwel se nisimgħu xi siltiet minn Rabbit Hole u immedjatament wara oħrajn minn Alabaster Hallelujah:

    minn Rabbit Hole:

    • Mexico
    • Tumble and Fall

    minn Alabaster Hallelujah:

    • Deserter
    • Cherry Swing

    > Isma’ jew niżżel l-albumx Rabbit Hole u Alabaster Hallelujah ta’ The Areal Treat minn fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Mużika 21 – numru 104

    Mużika 21 – numru 104

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-104 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. Peress li dan huwa l-aħħar programm tat-tmien staġun, illum nisimgħu uħud mill-aħjar diski li ħarġu f’dawn l-aħħar 3 xhur:

    • DeniseSterjoTipiFjura
    • Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ
    • DeniseForget Me (Not)
    • Kym PepeMill-Bidu
    • Sean BorgStajt Tkun
    • Ħajbu u Cher CamilleriĦsieb Profond
    • Myles X Sempliċiment tat-TriqBċejjeċ tal-Baħar
    • KanteraMur Ara
    • PeklektruEjja Sibni
    • ĠennCalypso
    • Airport ImpressonsWaiting for Paradise
    • The Areola Treat –  Judgement Day
    • Miguel Samwel + Jamie CardonaBaila
    • Matthew JamesMhux Xorta
    • Daryl JamesMela!

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Albums li ħarġu fl-aħħar 3 xhur. U l-istess kif għamilna bis-singles (jekk għadhom isejħulhom hekk!) peress li dan huwa l-aħħar programm tat-tmien staġun, nagħmlu bl-albums li ħarġu s’issa din is-sena. Fost dawk li spikkaw hemm dawn:

    • Ara Lil Yoon – Taste
    • Kill The Action Zero Infinity
    • Daniel SantCatharsis + The Malta Singles
    • Eyes to Argus – habit_at
    • Andre Camilleri – Even Aliens Get the Blues + Ain’t Gonna Stray
    • Mikiel Camilleri HaberTriq San Franġisk
    • Julie PomorskiĦsieb
    • Tryst ArcaneSun of Other Days

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 103

    Mużika 21 – numru 103

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-103 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • LyndsayProlific
    • MylesMazikeen
    • Babylon EvilousJabesh
    • AidanStrawberry
    • Dapeneur Neighbourhood

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Fuq Profound Sound II.  Illum inkompli b’dik il-ħaġa li s’issa ma jidhirli li qatt għamilt f’din is-sensiela. It-tema tal-ġurnata hija maqsuma fuq żewġ programmi. It-tema hija diski ġodda mingħand artisti ġodda maħruġa fuq Profound Sound. Din hija ditta tad-diski li magħha hemm assoċjat b’mod l-aktar dirett Melchior Sultana. L-artisti li qed nisimgħu mingħandhom huma Tony Paris u Simon Pulo. Ma naf kważi xejn dwar it-tnejn li huma, ħlief li llum imiss l-EP Motion ta’ Simon Pulo li dawn is-siltiet:

    • Anything
    • Back in 1995
    • No Domination

    Isma’ jew niżżel l-EP Motion ta’ Simon Pulo fuq Bandcamp

    triq-san-frangisk-front-cover

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Triq San Franġisk ta’ Mikiel Camilleri Haber. Wara li f’April li għadda tana L-Għami Dlam, Mikiel ikompli issa b’dan l-album imessmi għal triq f’Tas-Sliema. Ma nazzardax ngħid li qed isir prolifiku daqs Andre Camilleri, li kellna ll-ġimgħa li għaddiet, pero żewġ albums f’sena mhux xi ħaġa daqstant komuni, ngħiduha kif inhi. Minn dan l-album li ħareġ fl-1 ta’ Settembru 2023 se nisimgħu dawn is-siltiet:

    • Triq San Franġisk
    • Tonda
    • Fuq Baħar Skur
    • Int Kif Int
    • Sempliċi Kelb

    > Isma’ l-album Triq San Franġisk ta’ Mikiel fuq Spotify

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.