Blog

  • Mużika 21 – numru 112

    Mużika 21 – numru 112

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 112 li huwa s-tmien programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • The Busker – Bulletproof
    • Kill the ActionMongol
    • Ben Miller feat. AbireEnd of Story
    • Rheez.URUS.
    • TroffaĦamra y los MechonesThe Best Day of My Life
    • Prisilla PsailaF’Tarf l-Irdum

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: ĠENN Live at the Bookhouse. Min isegwi din is-sensiela regolarment jaf li x-xahar li għadda daqqejtilkom xi siltiet mill-album Unum tal-grupp Malti bbażat Brighton fir-Renju Unit ĠENN. Fil-verità ili ndoqqilkom siltiet minnu s-sena kollha għax ħarġu diversi singles, kif konna nsejħulhom qabel, biex jippromovuh ukoll matul ix-xhur ta’ qabel ma ħareġ.  Issa, Leona Farrugia u l-l-kumplament tal-grupp ĠENN għadhom kemm irrekordjaw 3 siltiet minn dan l-album live f’studio li jismu The Bookhouse li jinstab fix-xlokk (SE) ta’ Londra. It-tlett siltiet irrekordjati f’din il-live session huma dawn:

    • A Reprise (That Girl)
    • Days and Nights
    • The Merchant Of

    > Isma’ u ara li ĠENN idoqqu live fil-Bookhouse fuq YouTube

     

    Peter Sant - Mining the Hamam album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Mining the Hamam ta’ Peter Sant. Fil-programm tal-ġimgħa li għaddiet daqqejtilkom is-silta As the Fall Of li tiftaħ dan l-album li ħareġ fil-31 ta’ Ottubru 2023. Lil Peter Sant antikmanet nafuh jikkollabora mal-Hunters Palace u proġetti assoċjati magħhom pero eventwalment anke bħala artist solista, biex ngħidulu hekk. Mill-2021 però kellna wkoll il-kollaborazzjoni tiegħu mal-grupp Golden Psalms, li konna smajna album ġdid mingħandhom is-sena l-oħra.  Kumbinazzjoni għadhom kemm ħarġu album ġdid huma ukoll, u dan indoqqilkom xi siltiet minnu fil-programm li jmiss. Illum se nisimgħu xi siltiet oħra minn dan l-album il-ġdid ta’ Peter Sant, li l-ismijiet tagħhom donnhom jiffurmaw sentenza naqra surreali jew tal-anqas kemxejn assurda:

    • Mustard Coloured
    • Beanies Keep Time
    • With German
    • Kebabs Along A
    • Road That Takes
    • You There

    > Isma’ jew niżżel l-album Dub Power ta’ Manwel T kollu fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Mużika 21 – numru 111

    Mużika 21 – numru 111

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 111 li huwa s-seba’ programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • Chris Lanzon – 72 Days (live & acoustic)
    • Kapitlu Tlettax feat. ChristinaNibqa’ Nammirak
    • AidanHead & Mind
    • Pete MolinariRolling the Dice
    • Peter SantAs the Fall Of (minn Mining the Hamam)
    • Bangout feat. Paul Sky – Falling Star

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Antares Flare Remixes. Min isegwi din is-sensiela regolarment jaf kemm inħobb ninkludi l-mużika tal-grupp internazzjonali Antares Flare f’dawn il-programmi. Dan għax il-bassista Dean Montanaro huwa membru ta’ dan il-kumpless li tassew joffru ħoss frisk u differenti. U bħal li kieku l-mużika tagħhom ma kienetx cool biżżejjed diġà riċentament ħarġu wkoll diversi siltiet f’verżjoni remix. Illum se nisimgħu tlieta minnhom dawn ir-remixes ta’ Antares Flare:

    • What’s Gonna Kill Me First? (XL Regular Remix)
    • Mind Notice (Stellar Wave Remix)
    • Bonsai Jungle (SofaTalk Remix)

    > Isma’ jew niżżel ir-remixes ta’ Antares Flare minn fuq Bandcamp

     

    Manwel T - Dub Power cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Dub Power ta’ Manwel T. Dan huwa l-ewwel album dub ta’ Manwel Tabone mill-2011. Dub Power ħareġ fl-1 ta’ Novembru 2023. Apparti diversi siltiet relattivament ġodda maħduma bejn 2014 u l-2016, fih ukoll verżjonijiet dub ta’ tliet siltiet li nafu diġà mingħand Manwel T: “Boombastic Ska”, “The Amendment” and “Atlantis”. Se nisimgħu minnhom ukoll f’din it-tiżwieqa minn dan l-album ġdid tiegħu.

    • Dub Power
    • Serious Dub
    • Boombastic Dub
    • Atlantis
    • Murderation

    > Isma’ jew niżżel l-album Dub Power ta’ Manwel T kollu fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Now and Then

    Now and Then


    Show notes for the 673rd Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    Kapitlu Tlettax feat. ChristinaNibqa’ Nammirak

    The JoyGiversIlmaħtek id-Dwejra

    Kelsey BellanteTake U Home

    GaiaWhy?

    13 Year LaterHold On

    MylesDie Like a Rockstar

    AidanHead & Mind

    DrakardAlive

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.

  • Mużika 21 – numru 110

    Mużika 21 – numru 110

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 110 li huwa s-sitt programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • MylesDie Like A Rock Star
    • Owen LeuellenBad
    • Gaia CauchiWhy?
    • Weeping SilenceSerpentine
    • Mychael Bartolo Chircop – Tonight is Gonna Be The Loneliest (Måneskin cover) 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Il-covers ta’ Ċeska. Mhux soltu ninkludi kantanti li jkantaw kanzunetti ta’ kantanti barranin aktar minn kollox. Naturalment hemm eċċezzjonijiet għal dan u l-verżjoni ta’ Tonight is Gonna Be the Loneliest tal-Måneskin kif interpretata minn Mychael Bartolo Chircop hija l-aktar eżempju riċenti ta’ dan. Fil-programm tal-ġimgħa li għaddiet daqqejt Fallin‘ li originarjament nafuha mingħand Alicia Keys fil-verżjoni ta’ Ċeska li hija Francesca Busuttil. U llum għażilt li ndoqqilkom aktar siltiet ta’ Ċeska għax tassew għandha vuċi sabiħa, anke jekk tkanta kważi biss diski ta’ kantanti barranin. Minnhom għażilt dawn:

    • Before He Cheats (Carrie Underwood)
    • Only Love Can Hurt Like This (Paloma Faith)
    • As the World Caves In (Matt Maltese)
    • The Scientist (Coldplay)
    • Ex’s & Oh’s (Elle King)

    > Ara l-videos ta’ dawn u siltiet oħra minn Ċeska fuq YouTube

     

    Andre Camilleri - Melbourne Senitimental cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Melbourne Sentimental ta’ Andre Camilleri. Dan huwa t-tmien album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan. It-tmien album ġdid li ħareg fl-2023. Kellna ċans nisimgħu siltiet minn tal-anqas ħamsa minnhom dawn matul ix-xhur li għaddew. U għalkemm dan tal-lum diġa daqqejtilkom silta minnu ftit ilu biex ngħidikom li ħareġ, illum se nisimgħu dawn is-siltiet minnu la darba għażiltu bħala l-album tal-ġurnata:.

    • The Blues Coming On
    • I Wish I Could Fly
    • Stick Around
    • My Old Friend the Blues

    > Isma’ l-album sħiħ Melbourne Senitmental ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.