Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 110 li huwa s-sitt programm fid-disa’ staġun.
PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar.
- Myles – Die Like A Rock Star
- Owen Leuellen – Bad
- Gaia Cauchi – Why?
- Weeping Silence – Serpentine
- Mychael Bartolo Chircop – Tonight is Gonna Be The Loneliest (Måneskin cover)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Il-covers ta’ Ċeska. Mhux soltu ninkludi kantanti li jkantaw kanzunetti ta’ kantanti barranin aktar minn kollox. Naturalment hemm eċċezzjonijiet għal dan u l-verżjoni ta’ Tonight is Gonna Be the Loneliest tal-Måneskin kif interpretata minn Mychael Bartolo Chircop hija l-aktar eżempju riċenti ta’ dan. Fil-programm tal-ġimgħa li għaddiet daqqejt Fallin‘ li originarjament nafuha mingħand Alicia Keys fil-verżjoni ta’ Ċeska li hija Francesca Busuttil. U llum għażilt li ndoqqilkom aktar siltiet ta’ Ċeska għax tassew għandha vuċi sabiħa, anke jekk tkanta kważi biss diski ta’ kantanti barranin. Minnhom għażilt dawn:
- Before He Cheats (Carrie Underwood)
- Only Love Can Hurt Like This (Paloma Faith)
- As the World Caves In (Matt Maltese)
- The Scientist (Coldplay)
- Ex’s & Oh’s (Elle King)
> Ara l-videos ta’ dawn u siltiet oħra minn Ċeska fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Melbourne Sentimental ta’ Andre Camilleri. Dan huwa t-tmien album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan. It-tmien album ġdid li ħareg fl-2023. Kellna ċans nisimgħu siltiet minn tal-anqas ħamsa minnhom dawn matul ix-xhur li għaddew. U għalkemm dan tal-lum diġa daqqejtilkom silta minnu ftit ilu biex ngħidikom li ħareġ, illum se nisimgħu dawn is-siltiet minnu la darba għażiltu bħala l-album tal-ġurnata:.
- The Blues Coming On
- I Wish I Could Fly
- Stick Around
- My Old Friend the Blues
> Isma’ l-album sħiħ Melbourne Senitmental ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.