Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 754

    Mużika Mod Ieħor – 754

    IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-754 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Karhys Hush
    • Dean Muscat  – I’ll Be Fine 
    • Victorio Gauci O San Franġisk
    • Prayer of the Dying feat. Simon DeguaraFalling

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar singles li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Diġà tajna ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025, kif ukoll il-lista tal-albums u l-EPs biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn is-singles tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

    • StjanuLament Kuntent
    • David SchembriGħidli Int Ja Mara
    • 13 Years LaterŻifna f’Ħolma
    • Hooli feat. Patrick GaffieroBiża’
    • Nate Ropee ve ry th ing i am
    • Gaia GambuzaSugar Rush
    • DaviniaCapri
    • Cosette BaldacchinoMisunderstood
    • El FerrPeaches & Cream
    • Chellcy ReitsmaCarpe Diem
    • Jay Zinga feat. BeeCookin’ It Up
    • KarhysPeace of Mind
    • Victorio GauciHigher
    • Mark Anthony BartoloSweet Little Tiny Bird
    • ExplictFN
    • The BrideOpium
    • Luke VellaToo Much
    • KayatiTell Your Mama
    • Mariah MangionSupersonic

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Kyl0 World album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kyl0 World ta’ Kylo. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-mużiċist żgħażugħ Malti li ilu attiv fix-xena mużikali minn tfulitu. Huwa multistrumentalist – xi ħaġa li forsi mhux daqstant komuni fost il-mużiċisti Maltin – anke jekk nafuh l-aktar bħala kitarrista. Kellna diġà l-opportunità nisimgħu żewġ siltiet promozzjonali minn dan l-album f’edizzjonijiet oħra qabel din tal-lum u l-album propjament ħareġ f’Novembru li għadda, imma f’formati fiżiċi biss.  Issa, fid-9 ta’ Jannar 2026 inħareġ ukoll fuq il-pjattaformi diġitali bħala Spotify u Bandcamp. Illum minnu għażilt dawn:

    • Vibe
    • Elf Sfumatura ta’ Blu
    • Asaph

    > Isma’ l-album Kyl0 World ta’ Kyl0 fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 753

    Mużika Mod Ieħor – 753

    IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-753 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Cher Camilleri M’hemm Għalfejn Ngħidu Xejn
    • Cyberia  – Analitika 
    • Joseph Azzopardi Kemm Nixtieq
    • Keith Anthony – No Crown in the Rain
    • Stefan Galea – Bloom
    • Forty Two Ways feat. Sdb Okojie – Ararara

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar EPs li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Diġà tajna ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025, kif ukoll il-lista tal-albums, biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn l-EPs tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

    • Manwel T – Zulu Drum
    • Claire Tonna – Held
    • Claire Cordina – Do Trees Get Tired of Standing Still
    • Child – Dyż-lokazzjoni
    • Dario Genovese – Burgundy
    • Dean Muscat – Lazarene
    • Eyes to Argus – Reboot
    • Niko Jay – Ascending
    • Hanging By Threads – No More

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Demis - Post Consolidation

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Post Consolidation ta’ Demis Fenech. Dan huwa l-ewwel album ta’ din is-sena li nafu bih. Ħareġ fit-3 ta’ Jannar 2026 u allura lħaqtu bl-eżatt biex daħal fir-recording ta’ MMI għal din il-ġimgħa. Fih 14-il silta mingħand dan il-kitarrist Malti li kellna l-opportunità nisimgħu mingħandu qabel waqt MMI. Jekk fhimt sew, se jkun qed joħroġ ukoll xi videos ma’ dawn is-siltiet fil-ġimgħat li ġejjin u allura jaf jagħti l-każ li jerġa kollna xi oħra minn dan l-album fl-ewwel parti ta’ edizzjoni futura ta’ MMI. Illum minnu għażilt dawn:

    • My Paradise
    • Moonwater
    • Glitterscape

    > Isma’ l-album Post Consolidtion ta’ Demis fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 752

    Mużika Mod Ieħor – 752

    IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-752 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Liston Aħsad
    • Karol Aquilina + Marouska Attard  – Ħmura u Bjuda 
    • Bahjat Ma Maa Salama
    • Miriana Conte – Napolitana
    • Nicole Magro – You & I
    • Digby – Irmied u Ġebel
    • Kapitlu Tlettax –F’Għanjnejn Xulxin

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar albums li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Qabel il-festi bdejna nagħtu ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025 biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn l-albums tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

    • Matthew James – Ashes to Ashes
    • Klinsmann – Chaos & Cadence
    • Luke Chappell – House on Fire
    • Michael Azzopardi – Tfal tax-Xemx
    • The JoyGivers – Għawdex Tiegħi
    • Karmaġenn – Maqsuma
    • Bużu – Onestament
    • Mik il-Malti – Illum Illum
    • Muxu – Beautifully Lost
    • Nick Morales – Imħabbatħabbat
    • Tricia Dawn – Williams Tiny Keys Big Sound
    • Warren Galea – Twelve-Tone Suite
    • Charlene Farrugia – Melita: Maltese Piano Music
    • 5 Years from Now – Bank Punk
    • Beheaded – Għadam
    • Saħħar, Mnajdra – MDLXV – Fidi, Vendetta
    • Robert Farrugia – midday
    • Melchior Sultana & Janelle Pulo – Slave of the Machine
    • Faddi – Midnight Pill
    • Stephen Spiteri – The Sound of Tinkering
    • Benji Cachia – Akshara
    • Empire of the Ants – Seven Rays
    • Manwel T – Africa

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Bila - Beżżalart album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Beżżalart ta’ Bila. Dan l-album ħareġ fl-5 ta’ Diċembru 2025 u allura nqabad ftit fil-festi tal-Milied biex ninkluduh f’din il-parti ta’ MMI qabel illum. Imma issa li kważi għadda xahar minn meta ħareġ, ħassejt li ma nistax inħallih jistenna aktar, anke jekk diġà daqqejtilkom is-silta A Thousand Wolves minnu f’edizzjoni oħra qabel tal-lum, peress li dik inħarġet b’video promozzjonali qabel l-album. L-album fih sew siltiet bl-Ingliż u kif ukoll bil-Malti u llum minnu għażilt dawn:

    • Beżżalart
    • Tlebliba
    • Ħabbagozz

    > Isma’ l-album Beżżalart ta’ Bila fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    MMI 2025 Listeners' Picks PollYou can now vote for your top picks from the 2025 music releases featured during the Mużika Mod Ieħor podcasts from last year in the following categories:

    * Top Album
    * Top EP
    * Top Single
    * Top Lyric Video
    * Top Music Video (bil-Malti)
    * Top Music Video (non-Maltese Language)
    * Top Overseas-based Artists

    You must vote on all SEVEN categories for your top picks to count.

    You may only vote once – click the next button below to start voting. Scroll down!

    A full list of nominations is available through the M3P wiki, as in previous years.
    [ays_survey id=”3″]
    Please note that you must vote on all the SEVEN categories on the poll for your picks to count…and spread the word though Facebook, Instagram, TikTok and/or other social media platforms.

    This poll is open until 31 January 2026.
    You must vote on all SIX categories for your top picks to count.
    Results will be announced during the first MMI podcast in February 2026.