Blog

  • Mużika 21 – numru 133

    Mużika 21 – numru 133

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-133 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chess Galea Girls Just Wanna (acoustic version)
    • Charles Busuttil + Fabrizio FedeleTime In A Bottle
    • Andre CamilleriRoad to Hell (mill-album Hell Bound)
    • Maria Zahra BrincatKull Par Għal Paru
    • Sfera Hangin’ Around

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu ElPaletti?  ElPaletti jidher li huwa l-isem attwali li qed jinħeba warajh Charlie Muscat il-Paletti. Dan il-kittarist Żejtuni huwa prolifiku ferm u ilu attiv fix-xena tal-mużika rock lokali tal-anqas mis-snin 80. Ħareġ għad ġmielu ta’ recordings tiegħu fuq Bandcamp, u jidher li ġabar ħames siltiet f’EP li jismu Forty Five in Process. Ħareġ eżattament fit-13 ta’ Frar 2024 u filfatt diġa kont daqqejt l-aħħar silta li tidher fuqu, li jisimha Haw.  Illum se nisimgħu l-4 siltiet l-oħra:

    • Żewġ Spirti
    • Let’s Start
    • Żej Town
    • Min Hu Barra Barra

    Isma jew niżżel Forty Five in Process ta’ ElPaletti fuq Bandcamp.

    One11 - Meta Jaqa l-Ħoss album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11. Dan huwa album tassew impressjonanti mingħand One11, li huwa l-isem li jirrekordja bih ir-rapper C.J. Cordina. L-album ħareġ fl-4 t’April 2024 u fih 22 silta. Is-siltiet huma varjati ferm u għandu diversi kollaboraturi. Fl-istess waqt, ikolli ngħid li donnu hemm tema partikolari li tiżviluppa fl-album matul il-biċċa l-kbira tas-siltiet. Qisu tema ta’ ridenzjoni u tama ta’ ħajja ġdida. B’dan l-album qed inħoss li l-hiphop bil-Malti donnu daħal f’fażi ġdida ukoll, imma rrid nara sew x’jagħmel One11 wara dan l-album eċċellenti biex inkun ċert. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Meta Jaqa’ l-Ħoss / Ħsibijiet fil-Fond
    • Muftieħ
    • Fejna l-Passjoni (ft. Zion not Zeeyon)
    • Nitla Livell
    • Naħseb Fik
    • Qanpiena (ft. Lokko)
    • Tgħaġġilx

    > Isma’ l-album Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11 fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 132

    Mużika 21 – numru 132

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-132 edizzjoni li huwa t-tieni programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Brodu Kung Fu Karate
    • SterjoTipiĠranet Sbieħ
    • Soular PlexCount This
    • Claire MaranteYou Want Me
    • Manwel T Rat Race Dub
    • Different LightA Fool’s Errand

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’inhu Scallop Studios?  Iltajt ma’ dan l-isem permezz ta’ YouTube riċentament. Ma niftakarnix narah qabel din is-sena, però fl-istess waqt kont kurjuż kif tfaċċali fuq YouTube. Wara ftit intbaħt li hemm involut Jason Spiteri wara dan l-isem. Jason Spiteri huwa xi ħadd li diġà kien suġġett tat-tieni part ta’ episodju ieħor f’din is-sensiela ta’ programmi…jew jekk mhux hekk, kienet l-intenzjoni tiegħi li jkun hekk. Projament kien deher fit-tielet parti tal-55 programm bil-ġabra tiegħu Artefacts of aimless musical experimentation f’Ottubru tal-2022.  Illum qed noffilkom dawn ir-recordings mill-kanal tal-YouTube ta’ Scallop Studios miġbura taħt l-isem ta’ The Birth of Scallop Studios, u apparti li hemm Jason Spiteri nvolut f’din il-mużika, ftit naf aktar minn hekk.

    • Tale of the Dots in the Sky
    • Reunited
    • Contact
    • When Stars Align
    • Peace

    > Ara the Birth of Scallop Studios fuq YouTube.

    Martha Theuma Aka Das Birthday Girl - Soft and Clear album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl. Ma kontx qed nistennih dan l-album. Ħareġ kwiet kwiet nhar Ħadd il-Għid li għadda, fil-31 ta’ Marzu 2024. Kellna s-single Image minnu diversi xhur ilu, u tassew qed nieħu gost li għandna album sħiħ issa mingħand Martha Theuma li tirrekordja bħala Das Birthday Girl. Il-kollaboratur priniċipali tagħha fuq dan l-abum huwa Jimmy Bartolo. U għalhekk, l-album maħruġ fuq it-tikketta tad-diski Ultralow. Fuq Once Anew insibu wkoll lil Julian Grech fuq il-pjanu. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • There’s a World
    • Pain and Joy
    • I Thought
    • Once Anew
    • Image

    > Isma’ jew niżżel l-album Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 131

    Mużika 21 – numru 131

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-131 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Bennie Blue Happier Now
    • Currant DazeOut of Outlaws
    • ONE11Toni Tagħna
    • Kapitlu Tlettax Lilek Biss
    • A LilyTħallinix (mill-album Saru l-Qamar)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Remixes tal-ĠENN. Minn żmien għal żmien jitfaċċaw remixes ta’ diski Maltin li jkunu ħarġu xi ftit qabel. Kultant, anke jekk mhux daqstant spiss, naraw ukoll EPs, jekk mhux albums sħaħ, b’dawn ir-remixes. L-aktar wieħed riċenti minn dawn huwa tal-grupp Ġenn, li tlett kwarti minnu magħmul minn artisti Maltin ibbażati fir-Renju Unit. Kellna żewġ remixes mill-album tagħhom Unum aktar kmieni din is-sena, u issa joħroġ l-EP bit-tielet remix ukoll.  Dawn huma r-remixes u llum qed indoqqhom kollha waqt il-programm:

    • Calypso (Goya Remix)
    • A Muse (Joon Remix)
    • Le Saut du Pigeon (Grove’s Birdyboiler Remix)

    > Isma’ jew niżżel l-EP bir-remixes ta’ ĠENN minn fuq Bandcamp.

    TroffaĦamra - Weġgħat Żgħar cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra. Dan l-album ta’ TroffaĦamra ħareġ għall-bejgħ fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu, u l-kunċert tat-tnedija sar f’Ħaż-Żabbar fil-31 ta’ Marzu 2024, li mhux biss kien il-45 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien imma ukoll Ħadd il-Għid. Fl-album ma’ Ruth Abela hemm kollaboraturi, uħud minnhom huma mużiċisti mix-xena lokali, u fosthom hemm diversi li diġà kkollaborat magħhom matul il-karriera tagħha.  Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Kemm Int Sabiħa
    • Qatt Ma Ninsa
    • Tħannina
    • Gżira Żgħira

    > Isma’ jew niżżel l-album Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 130

    Mużika 21 – numru 130

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-130 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Dizzy Goku Better Sides of You
    • JoonWatch the Sky (Jay Zinga Remix)
    • Melbourne Ska OrkestraAston is the Man
    • Liston Inkwatru Vojt

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: L-aktar diski li spikkaw bejn Jannar u Marzu 2024. Diversi diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur huma fost dawk li l-aktar spikkaw s’issa din is-sena:

    • Das Birthday GirlImage
    • Ema Vella Emmint Fik
    • Miguel BonelloBetter Off Alone
    • AmberGħanja lil Ġużi
    • Kyle GeorgeArrowsNate Rope - Right Now cover art
    • A LilyĦajti Kollha Qalbi
    • Kapitlu Tlettax feat. ListonNittama Fikom
    • Adria Twins L-Isbaħ Stilla
    • OxygynCloudmaker
    • GaiaSincerely, You
    • KayatiHappy Birthday
    • Chess GaleaGirls Just Wanna
    • AidanJuliette
    • Nate RopeBetter Now
    • Red ElectricTime Flies
    • Shaun FarrugiaChemicals

     

    PARTI 3: L-aktar albums li spikkaw bejn Jannar u Marzu 2024. Ma tantx ħarġu albums ġodda fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena, u fil-programm tal-ġimgħa d-dieħla se jkollna album li ħareġ propju fl-aħħar jiem ta’ Marzu, kunċert ta’ tnedija propju fil-31 ta’ Marzu. Intant dawn huma l-aktar 3 albums Maltin ġodda l-spikkaw fl-aħħar 3 xhur

    • Blata ta’ Is-Suffarin
    • Niġi Għandek ta’ Karm Debattista msssp
    • Out of the Darkness ta’ Owen Leuellen

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.