Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-131 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Bennie Blue – Happier Now
- Currant Daze – Out of Outlaws
- ONE11 – Toni Tagħna
- Kapitlu Tlettax – Lilek Biss
- A Lily – Tħallinix (mill-album Saru l-Qamar)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Remixes tal-ĠENN. Minn żmien għal żmien jitfaċċaw remixes ta’ diski Maltin li jkunu ħarġu xi ftit qabel. Kultant, anke jekk mhux daqstant spiss, naraw ukoll EPs, jekk mhux albums sħaħ, b’dawn ir-remixes. L-aktar wieħed riċenti minn dawn huwa tal-grupp Ġenn, li tlett kwarti minnu magħmul minn artisti Maltin ibbażati fir-Renju Unit. Kellna żewġ remixes mill-album tagħhom Unum aktar kmieni din is-sena, u issa joħroġ l-EP bit-tielet remix ukoll. Dawn huma r-remixes u llum qed indoqqhom kollha waqt il-programm:
- Calypso (Goya Remix)
- A Muse (Joon Remix)
- Le Saut du Pigeon (Grove’s Birdyboiler Remix)
> Isma’ jew niżżel l-EP bir-remixes ta’ ĠENN minn fuq Bandcamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra. Dan l-album ta’ TroffaĦamra ħareġ għall-bejgħ fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu, u l-kunċert tat-tnedija sar f’Ħaż-Żabbar fil-31 ta’ Marzu 2024, li mhux biss kien il-45 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien imma ukoll Ħadd il-Għid. Fl-album ma’ Ruth Abela hemm kollaboraturi, uħud minnhom huma mużiċisti mix-xena lokali, u fosthom hemm diversi li diġà kkollaborat magħhom matul il-karriera tagħha. Minnu għażilt dawn is-siltiet:
- Kemm Int Sabiħa
- Qatt Ma Ninsa
- Tħannina
- Gżira Żgħira
> Isma’ jew niżżel l-album Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…