Blog

  • Mużika 21 – numru 130

    Mużika 21 – numru 130

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-130 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Dizzy Goku Better Sides of You
    • JoonWatch the Sky (Jay Zinga Remix)
    • Melbourne Ska OrkestraAston is the Man
    • Liston Inkwatru Vojt

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: L-aktar diski li spikkaw bejn Jannar u Marzu 2024. Diversi diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur huma fost dawk li l-aktar spikkaw s’issa din is-sena:

    • Das Birthday GirlImage
    • Ema Vella Emmint Fik
    • Miguel BonelloBetter Off Alone
    • AmberGħanja lil Ġużi
    • Kyle GeorgeArrowsNate Rope - Right Now cover art
    • A LilyĦajti Kollha Qalbi
    • Kapitlu Tlettax feat. ListonNittama Fikom
    • Adria Twins L-Isbaħ Stilla
    • OxygynCloudmaker
    • GaiaSincerely, You
    • KayatiHappy Birthday
    • Chess GaleaGirls Just Wanna
    • AidanJuliette
    • Nate RopeBetter Now
    • Red ElectricTime Flies
    • Shaun FarrugiaChemicals

     

    PARTI 3: L-aktar albums li spikkaw bejn Jannar u Marzu 2024. Ma tantx ħarġu albums ġodda fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena, u fil-programm tal-ġimgħa d-dieħla se jkollna album li ħareġ propju fl-aħħar jiem ta’ Marzu, kunċert ta’ tnedija propju fil-31 ta’ Marzu. Intant dawn huma l-aktar 3 albums Maltin ġodda l-spikkaw fl-aħħar 3 xhur

    • Blata ta’ Is-Suffarin
    • Niġi Għandek ta’ Karm Debattista msssp
    • Out of the Darkness ta’ Owen Leuellen

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 129

    Mużika 21 – numru 129

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-129 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Moths of Renaissance (Celine Agius u Anthea Bugeja) Int u Jien
    • Janice MangionĠawhra f’Qalbi
    • Christian Arding Il-Baħħ u Jien
    • Michelle MicallefNostalġija
    • BerneLanguage
    • TroffaĦamraNoa (mill-album Weġgħat Żgħar) – ħiereġ 31/3/24
    • A LilyKemm Nixtieq li Qed (mill-album Saru l-Qamar) – ħiereġ 5/4/24

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hi Tash Sultana? Ili diversi xhur, biex ma ngħidx snin, biex ninkudi lil Tash Sultana f’din is-sensiela ta’ programmi.  Ma nafx għaliex domt daqshekk.  Kien sieħbi Ray Bajada li ġibidli l-attenzjoni lejn din l-artista Maltija-Awstraljana l-ewwel darba xi sitt snin ilu.  Iż-żmien tar minn dak in-nhar ‘l hawn u fl-aħħar wasal il-waqt li jkun hemm post xieraq għal Tash Sultana fil-playlists tagħna. Jekk trid taf aktar dwar Tash Sultana tista’ tara dan l-artiklu fuq il-Wikipedija.  Għal-lum għażilt li ndoqq dawn iż-żewġ siltiet irrekordjati live:

    • Jungle (extended version) – Live at the Current
    • Big Smoke – Live at Lonely Lands Studio

    > Ara u isma lil Tash Sultana fuq YouTube

    Owen Leuellen - Out of the Darkness cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Out of the Darkness ta’ Owen Leuellen. Dan l-album ġdid ta’ dan ir-rapper Malti li jagħżel li jirrappja bl-Ingliż ħareġ fit-28 ta’ Frar 2024. Fih xi siltiet li ndaqqew diversi drabi fuq ir-radju, inkluż waqt din is-sensiela ta’ programmi, bħal per eżempju d-dwetti tiegħu ma’ Destiny (Juice) u Gaia (Flavor). L-album fih 13 il-kanzunetta b’kollok u llum qed inwasslilkom dawn it-3 siltiet minnu:

    • Influential
    • Better Than Before
    • Die Rich

    > Isma’  l-album Out of the Darkness kollu ta’ Owen Leuellen fuq Spotify

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 128

    Mużika 21 – numru 128

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-128 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Klinsmann Survivor
    • Tara FormosaLet You In
    • Coda Qalu Li Raw
    • Ema VellaEmmint Fik
    • Meadow StringsWaħdi
    • TroffaĦamraMifruda bil-Ħin
    • TactCatharsis

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Homage to Sammy Murgo. Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2024, fil-Każin ta’ Vilhena taħt il-loġġoġ tal-Furjana iltaqgħu numru ta’ mużiċisti biex jagħtu ġih lis-sassofonista Sammy Murgo, li miet ftit tal-ġimgħat qabel, eżattament fis-6 ta’ Frar. Il-mużiċisti miġbura taħt l-isem ta’ Il-Gażin Jazz Quartet huma dawk li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu jkun qed idoqqu ma’ Sammy Murgo fl-istess post. Heathcliff Balzan fuq il-pjanu, Mario Aquilina l-Cocker fuq il-bass, u d-drummer Noel Grech. Magħhom din id-darba daqq is-sassofonista Walter Vella. Deher ukoll il-vjolinista popolari George Curmi l-Pusè. Huma daqqew diversi siltiet u hawnhekk se nisimgħu tnejn minnhom, żewġ standards tal-jazz modern:

    • Now’s the Time ta’ Charlie Parker
    • Cataloupe Island ta’ Herbie Hancock

    > Ara u isma dan kollu fuq YouTube

    Andre Camilleri - Top Dog album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Top Dog ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album tal-2024 ta’ dan il-kantawtur prolifiku bbażat l-Awstralja. Huwa stilistikament differenti ħafna mill-aktar xogħolijiet riċenti tiegħu. Bil-kemm ma nasalx ngħid li bil-kemm jingħaraf li huwa l-istess Andre Camilleri li drajna sew matul dawn l-aħħar snin. Mill-għażla tal-kanzunetti tintebbħu sew x’qed ngħid, jekk intom diġà familjari mal-materjal ta’ Camilleri. Naturalment xorta hemm elementi li bihom jingħaraf imma kollox ma’ kollox dan l-album huwa żvolta ġdida għalih. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Top Dog
    • You Funk Me Up
    • The End of Time
    • Poverty Line

    > Isma’ jew niżżel l-album Top Dog ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 127

    Mużika 21 – numru 127

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-127 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fl-għaxar staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Christine Dalli Ombra Mai Fu
    • Gaia CauchiSincerely, You
    • Liston Ġirja
    • Vince BongailasĦajti
    • Maria Zahra BrincatKieku Nista’
    • Antares FlareAnother Problem Ahead

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Tikketti tad-diski Maltin t’issa. Meta nitkellmu dwar it-tikketti tad-diski, ħafna drabi nkunu qed nirreferu għal dawk li jeżistu barra minn Malta, u jekk le, u ma nkunux speċifiċi, it-terminu tikketta tad-diski aktarx tqanqal ħsieb dwar is-suq internazzjonali tal-mużika aktar milli dak lokali. Fis-seklu ta’ qabel dan, kien hemm diversi tikketti tad-diski Maltin, fosthom Anthony d’Amato, Centre, Circle, Electro, Exotique, u Maltadisk, fost ħafna oħrajn. Illum xtaqt niffoka ftit fuq 4 tikketti tad-diski lokali, relattivament ġodda, biex flimkien nintebħu (jew niftakru) kemm hawn tikketti tad-diski Maltin prolifiċi, anke fi żmienna:

    > Ara u isma aktar minn kull tikketta fil-ħoloq rispettivi t’hawn fuq.

    Checkmate.- Royal Blood cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Royal Blood ta’ Checkmate. Dan l-album ilu li ħareġ diversi xhur, biex inkunu preċiżi fit-2 ta’ Settembru 2023, iżda sirt naf bih ftit tal-granet ilu meta ġibduli l-attenzjoni li l-grupp qed joħroġ silta minnu bħala single. Naturalment stajt inkludejt biss din is-silta –You and I – però għax f’dan il-programm għandna spazju ndoqqu diversi siltiet mill-istess album, illum hekk qed nagħmel. Checkmate MT ilhom flimkien fis-sajf tal-2020, jiġifieri minn żmien il-pandemija. Il-grupp huwa kompost minn mużiċisti minn stili differenti ta’ mużika rock, anke minn żminiijiet differenti: il-kantant Kevin Michaels  Jean Carl Grech fuq il-bass, Adam Bonello u Georgius Mifsud bil-kitarri, u d-drummer Steve Worley. Royal Blood huwa l-ewwel album tagħhom.

    • Checkmate
    • You and I
    • Lost in the Darkness

    > Isma’ jew niżżel l-album Royal Blood kollu ta’ Checkmate MT fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.