Blog

  • Mużika 21 – numru 134

    Mużika 21 – numru 134

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-134 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Cathy K Inti Djamant
    • Sound SynthesisMusic Love Eternity (minn Cosmic Dance)
    • Gaia Cupid
    • Hannah TheumaBirdsong
    • Tarzna Gambetta (minn Fallakka)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Claire Tonna live.  Minn żmien għal żmien, f’din il-parti tal-programm nagħżel li nwassal siltiet minn xi dehra live li tkun saret x’imkien partikolari. U hekk hu llum bil-mużika u l-vuċi ta’ Claire Tonna, f’recording li sar fis-Sala tal-Kavallieri f’Palazzo De La Salle fil-Belt fit-28 ta’ Frar li għadda. Dan kien waqt l-egħluq tal-wirja Through the Eye of a Needle ta’ Stefan Spiteri. Jakkumpanjha fuq il-pjanu hemm Tom Armitage. Apparti l-mużika u l-vuċi ta’ Claire Tonna, dik il-kamra hija spazju speċjali ħafna li fl-aħħar xhur kelli x-xorti nikteb dwarha fit-tul, l-ewwel fi ktieb biex jiċċelebra l-preżenza tas-Soċjetà tal-Arti f’Palazzo De La Salle, u aktar riċenti fil-magazine Treasures of Malta, maħruġ kull 3 xhur mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti. Mill-kanzunetti li kantant Claire Tonna f’din is-serata xitwija, għażilt dawn:

    • Unpoisoning
    • The Woman I Love
    • I Can’t Give You My Love

    Ara u isma lil Claire Tonna tkanta aktar minn dan il-kunċert intimu fuq YouTube

    Sfera - Gatt Groove_cover_art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Gatt Groove ta’ Sfera. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan it-trio tal-mużika jazz magħmul minn Oliver Degabriele fuq il-kuntrabaxx, Ġużè Camilleri l-Bibi fuq id-drums, u Paul Giordimaina fuq il-pjanu. L-album ħareġ fil-bidu t’April tal-2024 waqt żewġ serati li saru fi Spazju Kreattiv. Flimkien ma’ Sfera fuq dan l-album iddedikat li Charles Gatt is-City – għalhekk Gatt Groove – jidhru ukoll is-sassofonista Carlo Muscat, it-trombonista  Żvediż Bertil Strandberg, kif ukoll il-kantanta Nadine Axisa. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Sphere
    • Dark Before Midnight
    • Orion
    • So Long Charles

    > Isma’ l-album Gatt Groove ta’ Sfera fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 133

    Mużika 21 – numru 133

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-133 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chess Galea Girls Just Wanna (acoustic version)
    • Charles Busuttil + Fabrizio FedeleTime In A Bottle
    • Andre CamilleriRoad to Hell (mill-album Hell Bound)
    • Maria Zahra BrincatKull Par Għal Paru
    • Sfera Hangin’ Around

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu ElPaletti?  ElPaletti jidher li huwa l-isem attwali li qed jinħeba warajh Charlie Muscat il-Paletti. Dan il-kittarist Żejtuni huwa prolifiku ferm u ilu attiv fix-xena tal-mużika rock lokali tal-anqas mis-snin 80. Ħareġ għad ġmielu ta’ recordings tiegħu fuq Bandcamp, u jidher li ġabar ħames siltiet f’EP li jismu Forty Five in Process. Ħareġ eżattament fit-13 ta’ Frar 2024 u filfatt diġa kont daqqejt l-aħħar silta li tidher fuqu, li jisimha Haw.  Illum se nisimgħu l-4 siltiet l-oħra:

    • Żewġ Spirti
    • Let’s Start
    • Żej Town
    • Min Hu Barra Barra

    Isma jew niżżel Forty Five in Process ta’ ElPaletti fuq Bandcamp.

    One11 - Meta Jaqa l-Ħoss album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11. Dan huwa album tassew impressjonanti mingħand One11, li huwa l-isem li jirrekordja bih ir-rapper C.J. Cordina. L-album ħareġ fl-4 t’April 2024 u fih 22 silta. Is-siltiet huma varjati ferm u għandu diversi kollaboraturi. Fl-istess waqt, ikolli ngħid li donnu hemm tema partikolari li tiżviluppa fl-album matul il-biċċa l-kbira tas-siltiet. Qisu tema ta’ ridenzjoni u tama ta’ ħajja ġdida. B’dan l-album qed inħoss li l-hiphop bil-Malti donnu daħal f’fażi ġdida ukoll, imma rrid nara sew x’jagħmel One11 wara dan l-album eċċellenti biex inkun ċert. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Meta Jaqa’ l-Ħoss / Ħsibijiet fil-Fond
    • Muftieħ
    • Fejna l-Passjoni (ft. Zion not Zeeyon)
    • Nitla Livell
    • Naħseb Fik
    • Qanpiena (ft. Lokko)
    • Tgħaġġilx

    > Isma’ l-album Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11 fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 132

    Mużika 21 – numru 132

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-132 edizzjoni li huwa t-tieni programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Brodu Kung Fu Karate
    • SterjoTipiĠranet Sbieħ
    • Soular PlexCount This
    • Claire MaranteYou Want Me
    • Manwel T Rat Race Dub
    • Different LightA Fool’s Errand

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’inhu Scallop Studios?  Iltajt ma’ dan l-isem permezz ta’ YouTube riċentament. Ma niftakarnix narah qabel din is-sena, però fl-istess waqt kont kurjuż kif tfaċċali fuq YouTube. Wara ftit intbaħt li hemm involut Jason Spiteri wara dan l-isem. Jason Spiteri huwa xi ħadd li diġà kien suġġett tat-tieni part ta’ episodju ieħor f’din is-sensiela ta’ programmi…jew jekk mhux hekk, kienet l-intenzjoni tiegħi li jkun hekk. Projament kien deher fit-tielet parti tal-55 programm bil-ġabra tiegħu Artefacts of aimless musical experimentation f’Ottubru tal-2022.  Illum qed noffilkom dawn ir-recordings mill-kanal tal-YouTube ta’ Scallop Studios miġbura taħt l-isem ta’ The Birth of Scallop Studios, u apparti li hemm Jason Spiteri nvolut f’din il-mużika, ftit naf aktar minn hekk.

    • Tale of the Dots in the Sky
    • Reunited
    • Contact
    • When Stars Align
    • Peace

    > Ara the Birth of Scallop Studios fuq YouTube.

    Martha Theuma Aka Das Birthday Girl - Soft and Clear album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl. Ma kontx qed nistennih dan l-album. Ħareġ kwiet kwiet nhar Ħadd il-Għid li għadda, fil-31 ta’ Marzu 2024. Kellna s-single Image minnu diversi xhur ilu, u tassew qed nieħu gost li għandna album sħiħ issa mingħand Martha Theuma li tirrekordja bħala Das Birthday Girl. Il-kollaboratur priniċipali tagħha fuq dan l-abum huwa Jimmy Bartolo. U għalhekk, l-album maħruġ fuq it-tikketta tad-diski Ultralow. Fuq Once Anew insibu wkoll lil Julian Grech fuq il-pjanu. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • There’s a World
    • Pain and Joy
    • I Thought
    • Once Anew
    • Image

    > Isma’ jew niżżel l-album Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 131

    Mużika 21 – numru 131

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-131 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħdax-il staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Bennie Blue Happier Now
    • Currant DazeOut of Outlaws
    • ONE11Toni Tagħna
    • Kapitlu Tlettax Lilek Biss
    • A LilyTħallinix (mill-album Saru l-Qamar)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Remixes tal-ĠENN. Minn żmien għal żmien jitfaċċaw remixes ta’ diski Maltin li jkunu ħarġu xi ftit qabel. Kultant, anke jekk mhux daqstant spiss, naraw ukoll EPs, jekk mhux albums sħaħ, b’dawn ir-remixes. L-aktar wieħed riċenti minn dawn huwa tal-grupp Ġenn, li tlett kwarti minnu magħmul minn artisti Maltin ibbażati fir-Renju Unit. Kellna żewġ remixes mill-album tagħhom Unum aktar kmieni din is-sena, u issa joħroġ l-EP bit-tielet remix ukoll.  Dawn huma r-remixes u llum qed indoqqhom kollha waqt il-programm:

    • Calypso (Goya Remix)
    • A Muse (Joon Remix)
    • Le Saut du Pigeon (Grove’s Birdyboiler Remix)

    > Isma’ jew niżżel l-EP bir-remixes ta’ ĠENN minn fuq Bandcamp.

    TroffaĦamra - Weġgħat Żgħar cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra. Dan l-album ta’ TroffaĦamra ħareġ għall-bejgħ fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu, u l-kunċert tat-tnedija sar f’Ħaż-Żabbar fil-31 ta’ Marzu 2024, li mhux biss kien il-45 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien imma ukoll Ħadd il-Għid. Fl-album ma’ Ruth Abela hemm kollaboraturi, uħud minnhom huma mużiċisti mix-xena lokali, u fosthom hemm diversi li diġà kkollaborat magħhom matul il-karriera tagħha.  Minnu għażilt dawn is-siltiet:

    • Kemm Int Sabiħa
    • Qatt Ma Ninsa
    • Tħannina
    • Gżira Żgħira

    > Isma’ jew niżżel l-album Weġgħat Żgħar ta’ TroffaĦamra fuq Bandcamp.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.