Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 688

    Mużika Mod Ieħor – 688

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-688 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Rifffs Oh No
    • Chasing Pandora One-Time Story
    • Dean MuscatHeart of the Med
    • Charlie BusuttilSilly Working Mule
    • SterjoTipi Destinazzjoni
    • Esther SpiteriIn-Nar f’Għajnejja
    • Myles20XX (An Open Letter to Myself)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’sar mill-Offbeat Sessions? Biex nagħtu tweġiba sura għal din il-kurżità naħseb li aktar jagħmel sens li nistaqsu u naraw x’inhuma, jew aħjar x’kienu, l-Offbeat Sessions l-ewwel. Però tajjeb ngħid mill-ewwel li ma nafx għaliex wara li ħarġu ħames videos minn dawn l-hekk imsejħa Offbeat Sessions fil-bidu tas-sajf li għadda, ma kienx hemm aktar minnhom. Forsi qed nippretendi wisq jien? Il-ħames Offbeat sessions li rajna permezz ta’ YouTube u Facebook dan is-sajf li għadda kienu mingħand Djun, Karmaġenn, Sean Borg, Ella Puci, u Mariele Żammit.  Illum għażil li ndoqq dawn is-siltiet kollha bit-tama li jitfaċċaw aktar, xi darba.

    • DjunIt-Tabib ta’ Billejl
    • Karmaġenn.- Serjeta Biss
    • Sean BorgSigarett
    • Ella PuciThe Bench Song
    • Mariele ŻammitF’Nofs il-Ġardina

    Celestial Rhymes of Conviction album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Celestial Rhymes of Conviction ta’ Currant Daze. Dan l-album ħabbartulkom żewġ edizzjonijiet ilu għax ħareġ fil-5 ta’ Settemrbu 2024. Minnu diġà doqna xi siltiet u llum għażilt uħud minnhom kif ukoll oħrajn li qed nisimgħu għall-ewwel darba. Forsi bix-xieraq insemmi li fuq dan l-album jinstema’ ukoll leħni waqt wieħed mill-programmi ta’ Campus 103.7 qed inħabbar li se ndoqq diska ta’ Currant Daze.

    • Celestial Rhymes of Conviction
    • Epiphany
    • F.A.I.T.H.
    • Out of Outlaws

    > Isma’ l-album Celestial Rhymes of Conviction ta’ Current Daze fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 687

    Mużika Mod Ieħor – 687

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ittemm l-ewwel staġun tagħha fuq Campus 103.7 bis-687 edizzjoni tal-poddata.


    PARTI 1: L-aktar diski li spikkaw bejn Lulju u Settembru 2024. Diversi diski li ħarġu fl-aħħar 3 xhur huma fost dawk li l-aktar spikkaw s’issa f’din il-parti tas-sena:Mużika Mod Ieħor ma' Toni Sant

    • The RifffsModern Society
    • The BuskerTalking Back
    • Moira StafraceMovin’
    • Matthew JamesParadise
    • Kapitlu Tlettax feat. JessicaGħidli Min
    • One11Vera Top
    • KanteraVjaġġ Sabiħ
    • Maria CiniLies
    • Kelsey BellanteS.W.E.A.T.
    • Kurt KindSo Bored
    • LyndsayOne and Only
    • Kym PepeDalgħodu
    • The JoyGiversIr-Ramla l-Ħamra
    • Avenue SkyEternità
    • Megan MayI Confess
    • KlinsmannSomething Real
    • Midnight feat Joe Roscoe & Kevin PaulSame Old Story
    • AidanHero
    • Chess GaleaPrescription
    • Antheaok ok ok
    • Patryk CutajarOnce Again

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: L-aktar albums li spikkaw bejn Lulju u Settembru 2024. F’dawn l-aħħar tliet xhur ħarġu numru ġmielu ta’ albums ġodda u diffiċli ninkludu kollox f’din it-taqsima. Però għażilt li l-programm ikun fih biss żewġ partijiet din il-ġimgħa biex ninkludi kemm jista’ jkun mill-albums li ħarġu matul is-sajf tal-2024.

    • Cher CamilleriNaddatta
    • SkaldMorsa
    • OxygynPurgatorju
    • Simon SammutVisions of Transcendence
    • Memphis MacMemphis Mac
    • Eyes to ArgusReroot
    • Current Daze – Celestial Rhymes of Conviction

    > Id-dettalji tal-albums kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u l-11:00pm, kif ukoll nhar ta’ Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 686

    Mużika Mod Ieħor – 686

     Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-686 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Maria Cini Lies
    • Chellcy Reitsma Boat to Nod
    • Daryl JaymesĦi
    • Antares Flare We Used to Sing
    • Jes Psaila / The Hinge ProjectUnder the Dante
    • Current DazeCelestial Rhymes of Conviction

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Sound Synthesis? It-tweġiba hija sempliċi: Keith Farrugia. U llum mingħandu għandna live session li ħareġ ftit.

    Skald - Morsa album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Morsa ta’ Skald. Huwa wieħed mill-album l-aktar mistennija fix-xena tal-mużika Maltija. Ħareġ nhar is-Sibt 14 ta’ Settemrbu 2024. Minnu diġà doqna verżjoni għar-radju ta’ Il-Qatra, filwaqt li siltiet oħra, bħal Gwernika, ilhom diversi xhur, jekk mhux snin, fir-repertorju tagħhom. Dan sa minn meta ħarġu l-album Kura fl-2021. Skald huma Aaron Debattista, Simon Bezzina, Bertu Aquilina, Jesmar Bezzina and Gabriel Gauci. Illum għażilt dawn is-siltiet mill-album il-ġdid ta’ Skald:

    • Fis-Sfond Hemm Po nt
    • Xatbet il-Bieb
    • Fiċ-Ċirku
    • Gwernika
    • Il-Qatra

    > Isma’ l-album Morsa ta’ Skald fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 685

    Mużika Mod Ieħor – 685

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-685 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Sacco & Kathy K feat. Gail Losing Sleep
    • From Sheep to Wolves Submission
    • Ryan Hili & Timea FarrSometime Soon
    • Patryk Cutajar Once Again
    • Simon SammutTake the Next Flight
    • Kapitlu Tlettax feat. Jessica MicallefGħidli Min

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: X’inhu Boomers? Boomers kienet sensiela għat-television li xxandret fuq it-Tokis tal-GO fl-aħħar tlett xhur tas-sena l-oħra. Fiha ndaqqu diversi siltiet mużikali ta’ esponenti lokali ta’ bħalissa, interpretati minn kantanti stabbiliti u aktarx magħrufa aktar fis-seklu li għadda. Biex ngħid kollox, jiena kelli parti żgħira f’dan il-programm flimkien ma’ Michael Bugeja, fejn konna għamilna kummentarju dwar is-sors oriġinali u l-kantanti li kienu qed jinterpretaw dawn il-kanzunetti riċenti fl-istil tagħhom, meqjus retro, jew ta’ żminijiet oħra, magħrufa ukoll tal-Boomers, jew ossia l-Baby Boomers. Insomma, din skuża biex indoqq xi ħapa minn dawn il-kanzunetti kif interpretati minn kantanti magħrufa sew waqt il-programm Boomers is-sena l-oħra:

    • Paul Giordimaina – Chips
    • Tony Camilleri – Pirati
    • Maryrose MalliaĊikku ċ-Ċinkwina

    Alien Grace album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Alien Grace ta’ Alien Grace. Dan huwa t-tieni album din is-sena li jġib l-istess isem tal-grupp li ħarġu. L-ieħor kien Memphis Mac. Iż-żewġ gruppi mhux ibbażati Malta. Fil-każ ta’ Alien Grace, ibbażati f’Berlin, u ninkluduhom hawn bis-saħħa ta’ Dan Ganado, il-kitarrist tagħhom, li naturalment huwa Malti, jew tal-anqas ta’ parentela Maltija. M’hemmx wisq aktar x’ngħid ħlief li l-album ħareg fuq il-Bandcamp fl-4 ta’ Lulju 2024 u minn għażilt dawn is-siltiet għal-lum:

    • Caveman
    • Midnight Oil
    • Hiding
    • Wilderness
    • We’ve Never Been Better

    > Isma’ l-album Alien Grace ta’ Alien Grace fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.