Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-797 edizzjoni li huwa s-tmien programm fl-għaxar staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kevin Borg – Ommi
- Philip Vella – Filgħodu
- Albert Callus – Nhar ta’ Ħadd għax-Xatt
- Moon Blossom – Ilsien l-Ilsir
- Brikkuni – Nemel
- Tash Sultana – Don’t Know Why
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhu jagħmel Peter Borg? Qed nirreferi għall-mużiċist li nafuh ukoll bħala l-kitarrist tar-Red Electic u mhux l-attur veteran magħruf sew għall-parti ta’ Karmnu ta’ Randu fil-Madonna taċ-Ċoqqa. Ili nosserva bosta siltiet mużikali ħerġin mill-istudio ta’ Peter Borg li jismu Railway. Fuq Spotify għandu playlist bil-produzzjonijiet tiegħu kollha, bosta minnhom miktuba minnu stess ukoll; trid xi 12-il siegħa biex tismagħha kollha! Fost il-kantanti u mużiċisti li rrekordjaw miegħu insibu lil Auntie’s Yellow Sofa, Bee, Dario Genovese, Ema Vella, Ira Losco, Kayati, Luke Chappell, Moira Stafrace, Sandrina u bosta oħrajn. Għażilt ftit minnhom biex nimlew din il-parti tal-programm għal-lum:
- Mychael Bartolo Chircop – One Thing
- Sandrina – Stone
- Ema Vella – Achikuku (Don’t Think About It)
- Kayati – Tell Your Mama
> Isma’ l-playlist kollha ta’ Peter Borg fuq Spotify
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Too Soon to Tell ta’ Andrew Vella Zarb. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-kantawtur żgħażugħ. Andrew ġej minn familja mużikali. Oħtu hija Angie Vella Zarb li kellna ċans nisimgħu mingħandha diversi drabi u missieru huwa Jon Vella tal-Mirage li bosta jafuh ukoll wara xi mixing desk waqt tant attivitajiet mużikali u mhumiex. Hawn Andrew Vella Zarb joffrilna 12-il kanzunetta oriġinali mibnija fuq stil stabbilit aktar minn 50 sena ilu minn kantawturi famużi Ingliżi u Amerikani. Hu x’inhu nħoss li xorta hemm livell qawwi ta’ sinċerità fil-biċċa l-kbira tas-siltiet ta’ dan l-album li ħareġ fis-6 ta’ Novembru 2026. Minnu llum għażilt dawn:
- Kite
- Since No One Was Listening
- This Year
- One Day When We’re Older
- Behind
> Isma’ jew niżżel l-album Too Soon To Tell ta’ Andrew Vella Zarb kollu fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…