Mużika Mod Ieħor – 760

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-760 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Janvil & DJ Kreny Eye 2 Eye
  • Luke Chappell Hamratia
  • Luke Vella – Don’t Call Me Baby
  • Andre CamilleriGreetings From Bluesville
  • Poġġi – Sirda
  • Moira StafraceBlinked
  • That bb – Olli

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  X’hemm fil-Qagħqa? Le, mhux qed nirreferi għal xi qagħqa tal-appostli li hija tant popolari f’dawn il-granet tar-randan, speċjalment aktar ma nersqu lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir.  Il-Qagħqa li qed nirreferi għaliha hija album li ħareġ fit-22 t’Ottubru 2025. Inħareġ bħala album vinyl f’edizzjoni limitata. U tant hi limitata din l-edizzjoni li anqas verżjoni diġitali sħiħa tagħha ma nħarġet mal-LP. Fil-verità din hija kollaborazzjoni bejn 4 tikketti tad-diski Maltin, li għażlu li jippreżentaw 12 il-silta ta’ mużika alternattiva minn Malta.  It-tikketti tad-diski huma KEWN Records, Ultralow Music, 141 Records, u AISO Records; din tal-aħħar ngħid id-dritt li ma tantx jien familjari magħha daqs kemm jien mat-tlieta l-oħra. Għax m’għandix il-kopja tiegħi ta’ dan l-album u wisq anqas m’għandna biex indoqquh waqt MMI, anke kieku għandi, illum qed indoqq is-siltiet minnu li hemm fuq il-Bandcamp biex jippromovuh.

  • Beesqueeze – Peas Louise
  • The Areola Treat – Merry Go Stop
  • Dalam – Barbershop Orchestra

L-album Qagħqa fuq Bandcamp.

Johann Caruana - Astra Nomina album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Astra Nomina ta’ Johann Caruana. Dan huwa album ta’ mużika elettronika mingħand xi ħadd li, ngħid għalija, s’issa m’assoċjajtux daqstant ma’ dan il-ġeneru ta’ mużika.  Kellna l-opportunità nisimgħu l-mużika tiegħu diversi drabi fl-aħħar sena, bejn wieħed u ieħor, u allura llum huwa pass naturali li nisimgħu siltiet mill-album tiegħu li ħareġ fil-31 ta’ Jannar 2026. Hemm ukoll vidoes għal dawn is-siltiet fuq YouTube għal min jippreferi jisma’ din il-mużika b’dak il-mod. Minn dan l-album illum għażilt dawn:

  • Luminous Skies
  • Slow Collapse of Time
  • The Last Emperor’s Dream
  • Beyond the Horizon

> Isma’ l-album Astra Nomina ta’ Johann Caruana fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…