Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-758 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Busker – Bored in the Supermarket
- Dav.Jr – My Fault
- Chess Galea –A Diva and A Problem
- Benji Cachia – aQua
- Sean Borg – Nostalġija
- Kevin Borg – Għażiż Missier
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’għandu ġdid Manwel T? Wara kważi xahrejn sħaħ fejn it-tieni parti kienet iffukata fuq l-għażla tas-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor ta’ diski u recordings oħra li ħarġu fl-2025, illum inkomplu bil-kurżitajiet tiegħi. U llum għandna l-ewwel waħda għall-2026: x’għandu ġdid Manwel T. Dan huwa wieħed mill-aktar mużiċisti Maltin prolifiċi, u ftit hemm oħrajn li joħrġu materjal daqsu kull sena. Fis-6 ta’ Frar 2026 ħareġ it-tielet showcase album tiegħu, li jismu Equanimity. Fih għandna ħames siltiet strumentali reggae b’verżjonijiet dub wara kull waħda. U allura l-album fih 10 siltiet. Stajt ħallejtu għat-tielet parti ta’ MMI, anike f’edizzjoni oħra, imma għażilt li ndaħħlu hawn u llum minnu għażilt dawn:
- Equanimity
- Temazcal
- Ubuntu
- Ubuntu dub
> Isma’ jew niżżel l-album Equanimity ta’ Manwel T fuq Bandcamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru. Hareġ fil-5 ta’ Frar 2026, u allura dan iffiser li matul Jannar ma kellna ebda album ġdid ta’ kanzunetti bil-Malti; jista’ jkun li ħarabli xi wieħed. Peklektru huwa l-isem li qed jirrekordja bih il-kitarrist u kantawtur Patrick Galea. Jakkumpanjawh fuq id-drums u l-bass, insibu lil Mike Briguglio u Ivan Borg, rispettivament. Uħud minn dawn il-kanzunetti inħarġu bħala lyric videos fil-granet qabel l-album inħareġ fuq Bandcamp. Minn dan l-album illum għażilt dawn:
- Għadna Għaddejjin
- Pixel Blu
- L-Innu taż-Żeffina Fjakki
- Cassandra
> Isma’ jew niżżel l-album Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:33 — 136.4MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…