Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-750 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-sitt staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Johann Caruana – Dynasty of Fire
- Mark Anthony Bartolo – Up Brown
- Aicha Xixa – Nikompeti
- Lord Adder – Ozzy Forever
- Bila – A Thousand Wolves
- Andre Camilleri – Mean & Wicked
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Liema kien l-aktar videos bil-Malti li spikkaw fl-2025? Wasalna lejn tmiem sena oħra, u allura, kif nagħmlu kull sena f’Mużika Mod Ieħor, nibdew nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar diski u recordings oħra li spikkaw matul is-sena biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Il-votazzjoni tiftaħ hekk kif tispiċċa s-sena. Illum nibdew billi nisimgħu siltiet minn uħud mill-aktar videos bil-Malti li spikkaw matul l-2025:
- Bard – Farfett Blu
- Myles – L-Innu tal-Bikkej
- ONE11 – Qum Minn Hemm
- Aicha Xixa – Illejla
- Bruda – Nisa Tal-Lejl
- Kiita C feat. Majċa – Mera tal-Passat
- David Sammut il-Buggly – Il-Protesta
- Kapitlu Tlettax feat. Liston – Tibqax Tgħix fil-Passat
- Klikka – Żmien Ieħor
- Pamela Bezzina – Perfett
- Morena – Leħħa Dawl
- Kersten Graham – Int Kollox Għalija
- Mat Rosales – Ejja Minn Hemm
- Jamie Cardona – Stajna Konna Aħna
- Lara Zammit – Ma’ Nżul ix-Xemx
- Stephanie Sant – Ikaru
- Marija Bellia – Nixtieq Kont Banana
- The Travellers – Dawn il-Widien
- Cyberia – Kaxxa
> Ara l-aktar videos bil-Malti li spikkaw matul l-2025 fuq YouTube.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa MDLXV – Fidi, Vendetta ta’ Mnajdra u s-Saħħar. Dan l-album ħareġ fl-14 ta’ Novembru 2025 u huwa maqsum bejn Marton Saliba s-Saħħar u l-grupp Amerikan Mnajdra. L-album idur mal-kunċett tal-Assedju l-Kbir bis-Saħħar jinterpreta l-parti tal-Kavallieri ta’ Malta filwaqt li l-Mnajdra jinterpretaw il-parti tat Tork u l-Ottomani li attakkaw lil Malta fl-1565. Minnu diġà kellna l-opportunità nisimgħu is-silta’ kollaborattiva Iermu’s Last Cry u allura llum għażilt żewġ siltiet oħra biex ikollkom idea aħjar ta’ dan l-album ta’ mużika Black Metal, li ċertament intlaqa’ tajjeb minn dawk li jħobbu din it-tip ta’ mużika.
- The Dawn Sword
- Salmi Għad-Demm
> Isma’ jew niżżel l-album MDLXV – Fidi, Vendetta ta’ Mnajdra u Saħħar fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:05 — 74.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…