Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-749 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-sitt staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Lara Zammit feat. Cher Camilleri – Fid-Dlam Hemm Ġenna
- The Travellers – Sbejħa
- Bahjat – Maybe I’m the Villain
- El Ferr – Peaches & Cream
- Jamie Cardona – Mandy
- Timmy Trumper & Zen feat. Kel – Addiction
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhu jagħmel Warren Galea? Dan huwa r-raba’ album, jew aħjar EP f’dan il-każ, li ħareġ dan il-mużiċist Malta mill-2019 ‘l hawn. L-ewwel kellna l-album The Odyssey li kien riżultat tal-istudji tiegħu f’New York u wara dan ippreżentalna Diadems, Troubadours fl-2022, anke jekk Meditations li ħareġ ftit tax-xhur wara kien irrekordjat qabel, waqt il-lockdown tal-pandemija tal-Covid. U issa fil-21 ta’ Novembru 2025, Warren Galea ħareġ it-Twelve-Tone Suite li fih 4 movimenti li fihom nistgħu nisimgħu l-iżvilupp tiegħu bħala kompożitur.
> Isma’ jew niżżel Twelve-Tone Suite ta’ Warren Galea fuq Bandcamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Reboot ta’ Eyes to Argus. L-istess bħat-Twelve-Tone Suite ta’ Warren Galea li kellna fit-tieni parti llum, dan huwa EP aktar milli album. Dan il-kwartet formidabbli għamel xi ħaġa mhux tas-soltu b’dan l-EP. Ftit aktar minn sena ilu huma ħarġu l-album Reroot, u dan l-EP Reboot fih 4 siltiet, waħda minn kull membru ta’ din il-band li jagħti verżjoni personali ta’ waħda mis-siltiet ippreżentati f’dak l-album. Din mhux l-ewwel darba li ħadmu mill-ġdid materjal ibbażat fuq album tagħhom għax diġà kienu għamlu xi ħaġa simili, anke jekk b’mod differenti, wara l-album tagħhom Habitual li ħarġu fl-2021. Is-siltiet f’dan l-EP huma:
- New Shapes – li hija l-verżjoni ta’ Robert Farrugia ta’ Your Piece
- Trust The – verżjoni ta’ Procrastinator Man u More Than I Can Chew minn Samwel Mallia
- DestinAzzjoni – maħduma minn Ben Mifsud Joslin fuq Minute u Boxes Move
- LifeStream – minn Samuel Attard wara Bloodstream Waterfall Cannonball u Lifelift
> Isma’ jew niżżel l-EP Reboot ta’ Eyes to Argus fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:32 — 134.1MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…