Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-745 edizzjoni li huwa s-sitt programm fis-sitt staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Toby Farrugia ft. Sean Kamati – You
- Kyl0 – Stella Maris
- Ġenn – Reverbnation
- Jessica Grech – Like a Pepper
- Eleanor Cassar – Fl-Eternità
- Peklektru – Mandragreen
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Kif tkun taf x’diski ġodda ħarġu dan l-aħħar? Din il-mistoqsija hija tikka differenti minn dak li rrid nitkellem dwaru llum. Imma kemm ili nagħmel il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor, minn Novembru t’għoxrin sena ilu, sirt ferm aktar kalm fil-mod kif nitkellem dwar dak li jdejjaqni. Mhux għax sar idejjaqni anqas imma għax verament bdejn naqta’ qalbi li xi darba l-affarijiet għad jinbidlu biżżejjed biex xi ħadd bħali jħoss id-differenza. Kemm ġej bi kliem, Ton? X’qed idejjqek. Ok, ħa ngħidlek mela: għall-Halloween ta’ din is-sena – kummerċjalizazzjoni assoluta addottata minn kulturi li mhux tagħna flok il-festa tal-erwih kollha bir-tradizzjoni ta’ Novembru bħala x-xahar tal-mejtin – ħarġu żewġ diski ġodda li sirt naf bihom biss ġurnata jew tnejn qabel ħarġu. U għalhekk ma stajtx ninkludihom fl-edizzjoni li għaddiet ta’ Mużika Mod Ieħor li xxandret propju fil-ġirja frenetika tal-isfruttament kummerjċali ta’ dan is-self kulturali infondat. Qed indoqqhom illum dawn iż-żewġ diski, għax xorta kont ninkludihom bi pjaċir kieku waslu għandi qabel ħarġu. U qed ngħid dan kollu għax kemm ilna nxandru Mużika Mod Ieħor fuq Campus 103.7 nagħmel recording diversi granet qabel jixxandar nhar ta’ Ħamis fis-6pm u fil-11pm. Ara s-Saħħar u l-iMnajdra, ilhom diversi ġimgħat li qalulna li se joħroġu album flimkien li jismu MDLXV [1565] Fidi, Vendetta fis-12 ta’ Novembru. U allura bi pjaċir illum ninkludi s-silta promozzjonali li ħarġu minnu ma’ dawn it-tnejn l-oħra li kien ikun ferm aktar xieraq li kieku waslu għandna qabel l-aħħar ta’ Ottubru. Mhux hekk?
- K.A.R.R. – Weenhallow
- Ira Losco – Monster After Midnight
- Saħħar + Mnajrdra – Iermu’s Last Cry
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Noli ta’ Mario Debono. Dan l-album oriġinarjament ħareġ fl-15 ta’ Marzu 2020, imma ħabba r-restizzjonijiet tal-pandemija tal-Covid-19, li kienu bdew dik il-ġimgħa stess, ma kienx hemm attività pubblika bi tnejdija konvenzjonali. U tista’ nistgħu nimmaġinaw li l-kantawtur veteran Mario Debono ħass xi ħaġa nieqsa minn dak in-nhar l-hawn. Issa, jew aħjar ftit tal-ġranet ilu fit-12 ta’ Ottubru 2025, kellu tnejdija doppja ta’ dan l-album mal-ġabra ġdida ta’ kanzunetti tiegħu f’forma ta’ ktieb bl-isem ta’ Żiffa Folk. Minn l-album Noli għażilt dawn illum:
- Noli
- Issa Lix-Xemx
- Iż-Żmien
- Orqod Ibni
> Isma’ l-album Noli ta’ Mario Debono fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 78.9MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…