Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-744 edizzjoni li huwa r-ħames programm fis-sitt staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Johann Caruana – Dance to the Sound
- Bahjat – Loco
- Nedx – My Time
- Divine Sinners – Revenge of the Hedgehog
- Mosrot – Primrose Path
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu l-iżgħar esponent li qatt kellna fuq MMI? Din il-mistoqsija ġiet f’moħħi meta rajt rapport fit-Times dwar l-EP li għadu kemm ħareġ Niko Jay ta’ 12-il sena, li huwa iben Owen Jay. Normalment nevitaw li ninkludu kantanti u mużiċisti taħt is-sittax il-sena waqt MMI. Din xi ħaġa li rari nkisret fl-20 sena kemm ilha teżisti l-poddata. Eċċezzjonijiet kien hemm, sintendi. Imma waħdiet. U din ta’ Niko Jay indubjament li waħda minnhom jekk mhux l-aktar wieħed żgħir fl-età li kellna s’issa. L-EP tiegħu jismu Ascending u nħareġ fuq it-tikka tad-diski Batti Batti fit-30 ta’ Settemrbu 2025. Minnu għażilt dawn:
- Ascending
- X-5
> Isma’ jew niżżel Ascending ta’ Niko Jay fuq il-Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Mariana From Tijuana ta’ Andre Camilleri. Diġà ħabbarna l-ħruġ ta’ dan l-album xi ftit tal-ġimgħat ilu. Propjament ħareġ fit-18 ta’ Awwissu 2025, tlett ijiem biss wara l-album tiegħu Punky Tonk. din id-darba l-element ta’ mużika stil country jinħass sew aktar minn fl-album ta’ qabel, forsi anke minħabba t-tema tal-kanzunetti nfushom. Xorta waħda, jkolli ngħid, hemm il-laqta’ partikolari ta’ Camilleri f’din il-ġabra ta’ kanzunetti. Min dan l-album għażilt dawn illum:
- Mariana From Tijuana
- Cigarettes & Loaded Guns
- Outlaws Don’t Die Quiet
- Every Path Leads To The Same
- Gravedigger’s Waltz
> Isma’ jew niżżel l-album Mariana from Tijuana ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:00 — 75.4MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More


Leave a comment…