Mużika Mod Ieħor – 743

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-743 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-sitt staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Owen Leuellen –Bet On Me
  • Ivan Grech Picture on the Wall
  • Nathan – Down
  • Mariah Gerada – Double Crossed
  • Project – Taħlix
  • Melchior Sultana feat. Janelle Pulo Ghost

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Rajthom idoqqu live lil 5 Years From Now? Ikolli nammetti li ftit li xejn naf dwar it-trio Malti 5 Years From Now. Mhux li ma naf xejn, għax l-ewwel silta li naf li kienu ħarġu fl-2019 kien jisimha Nosebleed. Naf ukoll li lejn tmiem l-2022, it-tikketta tad-diski Maltija Kewn Records ħarġet l-album tagħhom Ħakem, li kien fih diversi siltiet interessanti, fosthom is-single Greedo Island, li għaliha anke video kienu ħarġu. Li rrid ngħid, naħseb, huwa li qatt ma rajthom idoqqu live s’issa. U dan ċertament mhux għax ma jdoqqux live, imma għax l-affarijiet ġew hekk. U allura fraħt meta rajt li qed joħorġu diversi siltiet mill-kollezzjoni tal-2022 Live (fuq il-Bejt).  Dan jinkludu:

  • RU
  • Greedo Island
  • Lose
  • Chase

> Ara lill-Five Years from Now doqqu Live (fuq il-bejt) fuq YouTube

Manwel T - Africa album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Africa ta’ Manwel T. Kellna l-opportunità nisimgħu diversi siltiet mingħand Manwel T f’dawn l-aħħar xhur, biex ma ngħidx snin. Fit-3 ta’ Ottubru 2025 huwa ħareġ dan l-album li fih ħames siltiet strumentali tiegħu fuq stil reggae, u wara kull waħda joffri lis-semmiegħa tal-album il-verżjoni dub ta’ kull silta. Illum għażilt li nisimgħu il-ħames siltiet prinċipali f’dan l-album:

  • Africa
  • Norma
  • Creation
  • Captives
  • Rasta Medi

> Isma’ jew niżżel l-album Africa ta’ Manwel T fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…