Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-737 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Alexandra Alden – Stonefruit
- Myles – L-Innu tal-Bikkej
- Jamie Cardona – Ħames Minuti (minn Il-Każin tal-Imqarbin)
- Lokko – Ma Jejdu Xejn
- Chris Lanzon – Yo-Yo
- Claudette Pace – Desire (2025)
- Nate Rope – e ve ry th ing i am
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Stephen Spiteri? Illum qed nagħmel xi ħaġa li rari għamiltha qabel waqt MMI: it-tieni u t-tielet parti jorbtu direttament ma’ xulxin, kompletament. Ħa nispjega ruħi. Is-sena l-oħra ltaqjt ma’ Stephen Spiteri f’ambjent akkademiku, fejn il-mużika ċertament li ma kienetx is-suġġett li ltqajna biex niddiskutu. Xi żmien wara din il-laqgħa tagħna s-sena li għaddiet, huwa kitibli biex jgħidli li għadu kemm ġabar diversi recordings tiegħu fuq CD tripplu, wara li ħeġġu jagħmel dan il-ħabib tagħna Michael Bugeja. U kien hekk li ftit tal-ġranet ilu, iltqajna filgħaxija ngħidu kelma u nixorbu xi ħaġa ħafifa flimkien, biex nitkellmu dwar dan il-proġett mużika ta’ Stephen Spiteri. Uħud mir-recordings, partikolarment dawk fuq it-tieni u t-tielet CD fil-kollezzjoni, imorru lura aktar minn 20 sena, u l-ħidma ta’ grupp My Aku Aku li fih kien hemm ukoll Pierre Galea u Andre’ Magri, kif ukoll il-kantant John Spiteri Gingell, Is-siltiet li qed nisimgħ f’din il-parti ta’ MMI illum, huma mixes ġodda ta’ uħud mis-siltiet li kien irrekordja dan il-grupp għat-tliet albums tiegħu: Ozymandias (2003), Spiral Vortex (2004) u Stories for Boys (2006) Is-siltiet li għażilt jien huma dawn [li jidhru flimkien mas-sena tar-recording originali]:
- Listen to Your Heart [2006]
- A Sense of Presence [2006 – Flashing Lights remix]
- Giro di Vento (A Change of Wind) [2006 – Centre of the Web remix]
- I Am Sound [2005]
- Some Day One Day [2004 – mużika ta’ Pierre Galea]
> Isma’ jew nizzel Plunge (A Live EP) ta’ Ben Mifsud Joslin fuq il-Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Sound of Tinkering ta’ Stephen Spiteri. Dan huwa s-CD tripplu li rreferejt għalih fit-tieni parti ta’ MMI illum. Għalkemm inħarġet edizzjoni limitata tiegħu bħala CD, dan l-album issibuh kollu permezz tal-YouTube u anke Soundcloud. U allura, skond YouTube, id-data tal-ħruġ hija t-23 ta’ Mejju 2025. L-album fih mużika li nkitbet u oriġinarjament kienet irrekordjata matul dawn l-aħħar 23 sena, partikolarment il-kontribuzzjonijiet tal-grupp My Aku Aku li fih kien hemm ukoll Pierre Galea u Andre’ Magri, kif ukoll il-kantant John Spiteri Gingell, . Iżda fl-ewwel CD insibu materjal strumentali rrekordjat interament minn Stephen Spiteri f’dawn l-aħħar tlett snin u ppreżentat f’din il-kollezzjoni bl-isem ta’ The Sound of Tinkering. Is-siltiet li għażilt għal din it-tielet parti ta’ MMI illum meħudin kollha minn dan l-ewwel CD f’din il-kollezzjoni:
- Celerity
- My Citadel
- The Colour Blue
- Time Slipping Through my Fingers
> Isma’ jew ara s-siltiet kollha mill-album tripplu The Sound of Tinkering ta’ Stephen Spiteri fuq YouTube.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:00 — 132.9MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More


Leave a comment…