Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-736 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Manwel T – Capricorn
- Cyberia – Demel tal-Pakkett
- James Dratta – Another Yesterday
- Lokko – Ma Jejdu Xejn
- Chasing Pandora – This is How
- Dizzy Goku – Letter to You
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’ħoss jagħmel Ben Mifsud Joslin meta jdoqq live? Din il-mistoqsija hija skuża biex nisimgħu l-EP li għadu kemm ħareġ Ben Mifsud Joslin fuq il-Bandcamp. L-EP jismu Plunge (A Live EP) u ħareġ fid-29 ta’ Awwissu 2025. It-tliet siltiet li hemm f’din l-EP kienu rrekordjati waqt kunċert bl-isem ta’ Sound Sandwich, li sar bħala parti mill-wirja Pixels On A Picnic tal-artista Elisa von Brockdorff fl-iSplendid, fil-Belt Valletta, fi Frar ta’ din l-istess sena. Peress li l-EP fih biss għażla minn dak li ndaqq waqt il-kunċert imsemmi, jismu Plunge flok Sound Sandwich. U s-siltiet huma dawn:
- Wiggle Room
- Object Permanence
- Wied il-Għasri
> Isma’ jew nizzel Plunge (A Live EP) ta’ Ben Mifsud Joslin fuq il-Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Punky Tonk ta’ Andre Camilleri. Wasal album ieħor mingħand dan il-kanta-awtur Malti-Awstraljan mill-aktar prolifiku. Dan huwa l-ħames album tiegħu din is-sena u diġa għandu ieħor lest li ħareġ ftit tal-jiem wara Punky Tonk, li ħareġ fil-15 ta’ Awwissu. Apparti kollox, jiskantani dejjem bir-ritmu tiegħu fil-ħruġ tad-diski dan Andre Camilleri. Minn Punky Tonk għażilt dawn is-siltiet illum:
- Peace with Guns
- Sad Old Clown
- My 12 Year Old is Way Out of Line
- King of Rock ‘n Roll
> Isma’ jew niżżel l-album Punky Tonk ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:09 — 133.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…