Mużika Mod Ieħor – 735

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-735 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħames staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Myles Azzopardi Gratitude Song
  • Mama Kin Spender – Dance with Me
  • Dylan De Bono + Kristijan VolchevBeautiful Waste
  • Benji Cachia – The Voice of Merzouga
  • Cyberia Kaxxa
  • Kapitlu Tlettax feat. Yanika u Federica –Tiftakar

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  X’qed jagħmel Timothy Garrett? Din mhux l-ewwel darba li Timothy Garrett sab ruħu s-suġġett tat-tieni parti ta’ MMI.  Din id-darba dan ġara għax fl-aħħar ġimgħat rajt diversi siltiet mingħandu jinħarġu permezz tal-Bandcamp, u ma fhimtx eżatt x’qed jiġri. Nara siltiet individwali, ippreżentati bħala parti minn EP jew album. U f’daqqa waħda donnu hemm 3 minn dawn il-kollezzjonijiet.  Allura llum qed indoqq xi siltiet minn waħda minnhom li nħarġet bl-isem ta’ Divergent Paths ftit tal-ġranet ilu, fit-22 ta’ Awwissu 2025.

  • Memory of a Dog
  • The Nothing Beneath the Nothing
  • Patterns of Water

> Isma’ jew nizzel Divergent Paths ta’ Timothy Garrett fuq il-Bandcamp

 

Robert Farrugia - midday album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa midday ta’ Robert Farrugia. Mhux l-ewwel album tiegħu din is-sena u ċert li uħud mis-semmiegħa regolari ta’ MMI japprezzaw ħafna l-mużika li joffrilna Robert Farrugia fuq bażi regolari. Uffiċjalment maħruġ fit-22 ta’ Awwissu 2025, midday fih ħdax il-silta komposti bejn Diċembru tas-sena l-oħra u Marzu ta’ din is-sena. L-ispirazzjoni prinċipali jidher li kienet ħarġiet ta’ nhar ta’ Ħadd waranofsinnhar. Ir-ritratt ta’ siġra tal-larinġ meħud waqt waħda minn dawn il-ħarġiet jorbot sew mal-ħsejjes rilassanti li nsibu f’dan l-album. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

  • midday
  • Cloudspotting
  • Slow and Reversed
  • Sunday Arp

> Isma’ jew niżżel l-album midday ta’ Timothy Garrett fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…