Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-734 edizzjoni li huwa t-tmien programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Andrew Zammit –Will We Survive?
- Mat Rosales – Ejja Minn Hemm
- Charlie Busuttil + Fabrizio Fedele + Pino Ciccarelli – You Make My Dreams Come True
- Haley – Roses & Thornes
- Joe Demicoli – Meta Għidtlek
- Kiita C u l-Majċa – Mera tal-Passat
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: 20 sena ta’ Mużika Mod Ieħor – it-tieni-parti. Wasal il-waqt li niftakru fl-20 anniversarju minn meta bdejt nipproduċi l-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor. Fl-edizzjoni ta’ qabel din bdejna bl-ewwel parti ta’ din it-tifkira. Allura qed immorru lura għas-sajf tal-2005, eżatt qabel ma bdiet is-sensiela attwali ta’ Mużika Mod Ieħor, li fiha ili nippreżenta siltiet ġodda mix-xena mużikali Maltija għal dawn l-aħħar 20 sena. Illum se nisimgħu żewġ siltiet oħra li kienu fost l-ewwel provi biex jibda jixxandar materjal permezz tal-internet regolarment. Fl-ewwel xhur ta’ dawn ix-xandiriet, kont għadni ma pproponejtx li nibdew insejħulhom poddati. Dik il-kelma ġiet aktar tard, u tinsilet bl-istess mod ta’ bloggata għal blog post. Fl-ewwel provi jidher li kont għadni mhux ċert x’direzzjoni kienu se jieħdu l-poddati regolari, jekk hux kummentarju kulturali inkella għażla ta’ mużika lokali. Dik id-deċizzjoni kienet relegata għal madwar 3 xhur oħra.
- It-tielet prova – 23 ta’ Awwissu 2005
- Ir-raba’ prova – 24 ta’ Awwissu 2005 (+ blog)
> Ara d-dettalji tekniċi tal-poddati kollha ta’ Toni Sant sa mill-2005 fuq Blogspot
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-ġabra ta’ kanżunetta mill-Għanja tal-Poplu 2025. Aktar milli nikkummenta dwar id-49 edizzjoni ta’ dan il-festival, illum għażilt numru żgħir ta’ siltiet minnu li naħseb li xorta kienu jsibu posthom waqt xi edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor kieku ma kienux parti minn dan ll-konkors ta’ kanzunetti. L-album issibuh fuq l-iSpotify u din donna xi ħaġa li organizzaturi issa aċċettaw bħala prassi flok il-ħruġ ta’ CD. L-album ħareġ fuq Spotifu fis-16 6a’ Lulju 2025, allura ħmistax qabel il-festival, u din, skont jien, ħaġa tajba. Minnu għażilt dawn is-siltiet:
- Rita Pace –Narakom l-Infern
- Danica Muscat – Karbet Ġaħan
- Daryl Jaymes – Aħfirli
- Lon Kirkop – Astronawta
- Avenue Sky – Bħal Aħwa
- Martina Fenech u Ishmael Grech – Perla
> Isma’ l-album kollu ta’ L-Għanja tal-Poplu fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 58:00 — 132.9MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…