Mużika Mod Ieħor – 733

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-733 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fil-ħames staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Davinia Capri
  • Owen Leuellen Lime Light
  • Mariah Mangion –Supersonic
  • Chellcy Reitsma Chemicals (remix)
  • Kevin Paul + Midnight – Miegħek Jien (għal Dar Bjorn)
  • Johann Caruana Under the Pulse
  • KarhysPeace of Mind
  • Dizzy GokuWelcome Signs

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  20 sena ta’ Mużika Mod Ieħor – l-ewwel parti. Wasal il-waqt li niftakru fl-20 anniversarju minn meta bdejt nipproduċi l-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor. L-istorja tmur lura għall-1998 propjament, imma f’din l-okkazzjoni mhux se nħarsu biss lejn il-ftit xhur fis-sajf tal-2005, eżatt qabel ma bdiet is-sensiela attwali ta’ Mużika Mod Ieħor, li fiha ili nippreżenta siltiet ġodda mix-xenż mużikali Maltija għal dawn l-aħħar 20 sena. Illum se nisimgħu 3 siltiet li kien fost l-ewwel provi biex jibda jixxandar materjal permezz tal-internet regolarment. Inbidlu ħafna affarijiet minn dak in-nhar ‘l hawn, imma hemm xi elementi li baqgħu kostanti. Fost dawn hemm il-format tal-mp3 għat-tixrid tad-diski u r-recordings oħra permezz tal-internet, u l-website Blogger.com magħrufa ukoll bħala Blogspot, li serviet biex permezz tagħha jkunu ġġenerati d-dettalji tekniċi dwar kull xandira. Fost l-affarijiet li m’għandhom jeżistu hemm l-Audioblogger u l-MaltaMedia Online Network. Fl-ewwel xhur ta’ dawn ix-xandiriet, kont għadni ma pproponejtx li nibdew insejħulhom poddati. Dwar hekk, darb’ oħra meta nisimgħu ukoll aktar provi qabel bdew ix-xandiriet propja ta’ Mużika Mod Ieħor.

> Ara d-dettalji tekniċi tal-poddati kollha ta’ Toni Sant sa mill-2005 fuq Blogspot

 

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għadam ta’ Beheaded. Kellna l-okkazzjoni nisimgħu xi siliet minnu f’edizzjonijiet oħra ta’ Mużika Mod Ieħor. Jidher li huwa l-ewwel album ta’ death metal interament bil-Malti. Kull silta għandha isem ibbżat fuq il-kitbiet ta’ Anton Grasso, magħruf sew għal aktar minn 50 sena bħala kittieb tal-hekk imsejjħa stejjer tal-waħx. Grasso indubjament uniku fix-xena letterarja Maltija, u dan l-album ikompli jsaħaħ il-kult tiegħu bħala kittieb tassew polifiku f’dan il-ġeneru tal-biża’. L-album Għada inħareġ fuq it-tikketta tad-diski Pollakka Agonia Records fil-25 ta’ Lulju 2025.  Minnu għażilt dawn is-siltiet:

  • Għadam
  • Xtrajt l-Infern
  • Iljieli Bla Qamar
  • Jidħaq il-Lejl
  • Irmied

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Għadam ta’ Beheaded fuq Bandcamp.

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…