Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-732 edizzjoni li huwa s-sitt programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Chasing Pandora – Silhouette
- The Travellers – Ġmiel
- Morena – Leħħa Dawl (Ċelebrazzjoni tal-Ħajja)
- James Dratta – No Need To Be Alone
- Kayati – I Hate It
- The Alchemist – Run Away
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Johann Caruana? Sinċerament ma niftakarx eżatt kif sirt naf b’Johann Caruana. Naħseb permezz ta’ xi artiklu li deher dwaru fuq xi wieħed mis-siti Maltin tal-aħbarijiet.Fittixt l-EP tiegħu Fractured u sibt li għandu ħoss interessanti, b’lyric videos għal kull waħda mit-tliet siltiet li fih. Ma stennejtx la l-ħoss tar-recordings u anqas il-materjal li jidher fil-videos. Imbagħad, ftit tal-jiem ilu, ismu reġa’ tfaċċa quddiemi għax sieħbi Alfie Fabri daħħal l-aktar silta riċenti tiegħu (mhux minn dan l-EP) fl-aqwa 20 f’Malta tiegħu. Insomma, hawn huma t-tliet siltiet fl-EP Fractured:
- Fractured Signal
- Fractured Silence
- Fractured Soul
> Ara l-lyric videos tal-EP Fractured ta’ Johann Caruana fuq il-YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Out of Time ta’ Fake Ophelia. Kellna l-okkazzjoni niltaqgħu ma’ dan il-proġett ta’ Luke Scerri drabi oħra. F’dan l-aktar EP riċenti mill-ġdid insibuh jikkollabora ma’ Martha Theuma u oħrajn jinkludu lil Keith Fenech li jinstemma jdoqq il-bass fuq is-silta ta’ tati isimha lil dan l-EP. Out of Time inħareġ uffiċjalment fuq il-Bandcamp fis-17 ta’ Lulju 2025 u peress li fih biss 4 silitiet qed indoqqu kollu:
- Out of Time
- It’s Dark Today
- Night Time
- I’m Falling
> Isma’ jew niżżel l-EP kollu Out of Time ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:00 — 135.2MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…