Mużika Mod Ieħor – 731

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-731 edizzjoni li huwa l-ħames programm fil-ħames staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kevin Borg X’Għandi Bik
  • Claire TonnaAwake
  • Bee Will You?
  • Michela AgiusIf I Could
  • Robert Farrugia Lens Flare

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Għaliex huwa ta’ interess għalina l-Maltin il-magazine Santa Sangre? Santa Sangre Magazine huwa webzine Pollakk iddedikat għax-xena tal-mużika post-industrijali. Għadhom kemm ħarġu compliation album jismu The Sixth Configuration u fih hemm 100 track. Fost dawn il-100 track hemm tlieta minn mużiċisti Maltin b’assoċjazzjoni ma’ Devil’s Breath, li kellna okkazzjoni niltaqgħu magħhom darb’ oħra waqt Mużika Mod Ieħor. It-tliet siltiet huma dawn

  • Devil’s BreathHadza
  • Cultura ObscuraSombrelight
  • Esoteric EthiopiaI Did Not Ask For This It Will End With Me

> Isma’ jew niżżel The Sixth Configuration compilation ta’ Santa Sangre Magazine fuq Bandcamp

 

Empire of Ants - Seven Rays album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Seven Rays ta’ Empire of the Ants. Dan l-album fih siltiet li ħarġu madwar 10 snin ilu, iżda kien biss riċentament li tfaċċa bħala album fuq Spotify u verżjoni limitata ħafna fuq vinyl – jekk fhimt sew. Uħud mis-siltiet f’dan l-album ta’ Empire of the Ants dehru waqt edizzjonijiet varji ta’ MMI, u hemm anke videos għalihom fuq YouTube. Xorta waħda dan l-album nistgħu ngħidu li ħareġ f’din il-verżjoni attwali fit-30 ta’ Mejju 2025. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

  • Seven Rays
  • Utopia
  • While We Sleep

> Isma’ l-album kollu Seven Rays ta’ Empire of the Ants fuq Spotify.

 

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…