Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-730 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kapitlu Tlettax feat. Debbie Scerri –Imsaħħar F’Għajnejk
- Kersten Graham – Int Kollox Għalija
- Jessica Grech – Spill the Tea
- Deborah C –Workout Dance
- Kiita-C – Always Mine
- Aicha Xixa –Illejla (remix)
- Andre Camilleri – Peace With Guns
- Fake Ophelia – Out of Time
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Tislima lil Jan Cortez (7 ta’ Marzu 1989 – 11 ta’ Lulju 2025). Isem Jan Pace kulħadd sema’ bih dax-xahar f’Malta. Ftit huma dawk li jassoċjaw dan l-isem ma’ dak li kien jirrekordja bih, f’żewġ siltiet partikolari li qed nisimgħu llum, b’tislima lil dan iż-żgħażugħ ta’ 36 sena maħbub minn tant nies. Illum mhux każ li nikkummentaw aktar dwar l-aħħar jiem ta’ ħajtu u dak li kien irrappurtat wara, imma pjuttost insellmulu b’dawn iż-żewġ diski li ħallielna.
- 2012: Carlo Gerada feat. Jan Cortez – My World
- 2013: Jan Cortez – On the Dancefloor
Jekk int jew xi ħadd li taf jista’ jkun affettwat bil-grajja ta’ Jan Pace, speċjalement jekk qed tesperjenza emozzjonijiet diffiċli ċempel lis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Mentali fuq in-numru 1579. Dan is-servizz huwa bla ħlas u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Back With the Phonk ta’ Melchior Sultana. Dan mhux l-ewwel album ta’ Melchior Sultana din is-sena. F’Mejju li għadda ħareġ Slave of the Machine flimkien ma’ Janelle Pulo. Back with the Phonk ħareġ fid-9 ta’ Lulju 2025. Bħall-biċċa l-kbira tad-diski ta’ Melchior Sultana, dan l-album ukoll huwa maħruġ fuq it-tikketta tad-diski tiegħu stess li jisimha Profound Sound Music, li ilha teżisti mill-anqas mill-2017. Minnu llum għażilt dawn:
- Back with the Phonk
- Grit
- Move Me
- No Fear
> Isma jew niżżel l-album kollu Back with the Phonk tal-Melchior Sultana fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…