Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-729 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Luke Vella –Too Much
- Jas Rolyn –Waiting on Me
- Mirana Conte –Għajjejt (i8)
- Scar –Dancing In The Sun
- Hanging By Threads –The Fall
- 5 Years From Now – Jekk Taqa’ Nkompli Ntik
- Melchior Sultana – Back with the Phonk
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’qed jagħmel Timothy Garrett? Hemm tweġiba relattivament sempliċi għal din il-mistoqisja: qed jipprepara biex joħroġ album li jismu Everything We Know Has Changed. Dan se joħroġ uffiċjalment fis-26 ta’ Settembru 2025. L-album fih 3 tracks u s’issa diġa ħareġ waħda minnhom permezz tal-Bandcamp, li hija wkoll is-silta li tagħti isimha lil dan l-album.
- Everything We Know Has Changed
> L-album Everything We Know Has Changed ta’ Timothy Garrett fuq il-Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Ballad Of Monte Loco tal-Melbourne Ska Orchestra. Kellna l-okkazzjoni nisimgħu lill-Melbourne Ska Orkestra waqt Mużika Mod Ieħor, inkluż riċentament meta kienu fit-tieni parti tal-programm b’silta mill-kunċert live li taw. Dak kien biex nindirizzaw il-kurżità tiegħi: X’ħoss tagħmel live il-Melbourne Ska Orchestra?” U din weġibniha billi daqqejtilkom silta minn recording li sar waqt il-Bali Spirit Festival 2024. Minn dak in-nhar ‘l hawn il-MSO ħarġu album li jismu The Ballad of Monte Loco. B’tema western mingħajr wisq mużika country, l-album ħareġ fit-28 ta’ Mejju 2025. Minnu llum għażilt dawn:
- Walls of Jerico
- John Wayne
- When Bootsy Came to Town
- No Doubt About It
- Read Between the Lines
> Isma’ l-album kollu The Ballad of Monte Loco tal-Melbourne Ska Orchestra fuq Soundcloud.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…