Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant issa fuq ir-radju bis-678 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fl-ewwel staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- The Rifffs – Modern Society
- Kantera – Vjaġġ Sabiħ
- Andrew Zammit – Rajtek
- Emilie Schiøtt – From the Heart
- Klinsmann – Something Real
- Vrátit Se Zpátky feat. Eddie Fresco – PTK
- Alien Grace – Calm Before the Storm
- Andre Camilleri – Leave Me Alone (from the album Clouds)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu Tony Pace? Personalment inħoss li din il-mistoqsija m’għandnix nistaqsuha. Xorta waħda però, ikolli ngħid li mhux biżżejjed nies jafu li Tony Pace huwa l-aktar kitarrist Malti prolifiku anzjan li għadu attiv fix-xena lokali. Ilu jdoqq il-kitarra sa minn tmiem is-snin 50, u kien fost l-ewwel kitarristi li dehru fuq is-servizz tat-television Malti fil-bidu tas-snin 60. Ftit wara kien anke għamel żmien idoqq f’nightclub Londra, fejn tħabbeb sew mal-mużika jazz. Madankollu, sal-bidu tas-snin 70 kien beda jdoqq stil ta’ kitarra klassika, u din it-teknika addattata għal melodiji folkloristiċi eventwalment saret l-istil li Tony Pace huwa l-aktar magħruf għalih sal-lum, anke jekk min jirnexxielu jarah idoqq jagħraf li mhux marbut ma’ stil wieħed biss.
Illum qed nisimgħu siltiet mill-album tiegħu Contemporary Maltese Folk Music li oriġinarjament nafuh mis-snin 70, iżda li ġie rrekordjat mill-ġdid u maħruġ f’edizzjoni limitata fil-bidu tal-2023. Flimkien ma’ Tony Pace fuq il-kitarra f’dan l-album nisimgħu lil Bernard Catania u Alison Galea, kif ukoll iben Tony, Sandro Pace, fuq il-bass, flimkien ma’ Justin Xerri fuq il-cajón. Ħarbilna meta ħareġ dan l-album, imma llum qed nisimgħu dawn is-siltiet minnu:
- Żernieq
- Sette Giugnio
- Nostalġija
- Baħar ta’ Mrar
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Tilwin ta’ Robert Farrugia. Fl-aħħar wasal! Dan l-aktar album riċenti ta’ Robert Farrugia ħareġ fuq it-tikketta tad-diski Olandiża Dronarivm fis-6 ta’ Marzu 2024. Minn dak in-nhar ‘l hawn, kull ġimgħa kellna album ġdid ieħor x’ninkludu bħala l-album tal-ġurnata. Però bis-saħħa t’hekk irnexxielna nsemmu dan l-album ferm aktar drabi milli kieku daqqejt erba’ siltiet minnu f’Marzu li għadda, u litteralment barra bid-daqq. Sal-ġimgħa l-oħra stess smajna l-verżjoni merjevali ta’ Long Wait, li effettivament kienet single misluta minn dan l-album. Illum għażilt dawn is-siltiet:
- Tilwin
- Steps
- Eku
> Isma’ jew niżżel l-album Tilwin ta’ Robert Farrugia kollu fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | Blubrry | RSS | More