Skip to content

Mużika 21 – numru 108

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-108 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fid-disa’ staġun.

PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

  • 13 Years LaterHold On
  • Pete MolinariMy Careless Heart
  • ĠennThe Sister Of
  • FANTASAIRMeta (minn Departures)
  • RagħwaDagħwaWaħdi
  • NoogMos Deadly Pt. II 

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Lord Adder live fil-Midi Festival 2023. Il-grupp Malti Lord Adder immexxi minn Mark Spiteri ilu stabbilit fix-xena lokali sa mill-1992, għalkemm waqfu għal 15-il sena bejn l-2004 u l-2019. Riċentament għamlu xi ħaġa li ebda kumpless mużikali Malti ieħor qatt m’għamel fix-xena rock. Huma daqqew kunċert live fiċ-Ċina quddiem udejenza ta’ eluf ta’ dilettanti tal-mużika rock. Il-Midi Festival ta’ din is-sena sar f’Ottubru f’Nanyang, li hija l-provinċja fil-kosta t’isfel taċ-Ċina. Il-Lord Adder daqqew nhar it-Tnejn 2 t’Ottubru 2023. Flimkien mal-kantant Mark Spiteri, il-membri l-oħra ta’ Lord Adder huma d-drummer Ray Micallef u l-kitarrista Robert Tomasuolo. Illum se nisimgħu parti minn dan il-kunċert live tal-Lord Adder fiċ-Ċina.

> Ara u isma’ l-kunċert ta’ Lord Adder fil-Midi Festival 2023 f’Nanyang, iċ-Ċina, fuq YouTube

 

Bartolo-Giordimaina cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa How Do You Keep the Music Playing? ta’ Tony Bartolo u Paul Giordimaina. Dan huwa album varjat mingħand żewġ mużiċisti Maltin li ilhom attivi fix-xena lokali għal għexieren ta’ snin. Paul Giordimaina jipprovdi arrangamenti fuq il-pjanu ta’ diversi kanzunetti li Tony Bartolo jinterpreta bil-vuċi bellusija tiegħu. Uħud mis-siltiet huma standards tal-jazz jew kanzunetti popolari Amerikani jew Ingliżi minn żminijiet oħra. Eċċezzjoni ta’ dan hija interpretazzjoni ta’ L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel miktuba minn Paul Abela u Alfred C. Sant, waħda mill-isbaħ kanzunetti popolari Maltin ta’ dawn l-aħħar 50 sena. Dan l-album ħareġ fuq Spotify fil-15 ta’ Ottubru 2023.

  • How Do You Keep the Music Playing?
  • Satin Doll
  • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
  • I’m in the Mood for Love

> Isma’ l-album sħiħ How Do You Keep the Music Playing? fuq Spotify

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

 

Leave a comment...