Mużika 21 – numru 100

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-100 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • One11Roll Up
  • Kaya Gouder Curmi & Ike MizziFire
  • Chess GaleaUn-Shy (Acoustic)
  • Julie PomorskiDinja Oħra mill-EP Ħsieb
  • Ara Lil Yoon Samskara
  • Tony Paris Guided Meditation (Melchior Sultana Remix)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Meditations ta’ Warren Galea.  Dan huwa l-album il-ġdid (it-tielet wieħed) ta’ dan il-kitarrist Malti. Dan mhux album regolari u għalhekk għażilt li ndaħħlu fit-tieni flok fit-tielet parti tal-programm. Dan mhux album regolari fis-sens li fih 23 silta li huma kollha improvizzati minn Warren Galea fuq kitarra waħdu. Huwa rrekordja l-parti l-kbira ta’ dawn is-siltiet waqt il-perjodu tal-pandemija fuq il-mobile tiegħu. Is-siltiet ivarjaw minn ftit sekondi sa 8 minuti u 49 sekonda. L-ismijiet tagħhom huma sempliċiment numru f’sekwenza sa 23 u d-data li fih sar ir-recording. Minnu għażilt dawn:

  • No.3 – March 30th, 2021
  • No.13 – September 6th, 2021
  • No. 23 – March 1st,  2022

> Isma’ jew niżżel l-album Meditations ta’ Warren Galea fuq Bandcamp

Tryst Arcane - Sun of Other Days cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Sun of Other Days ta’ Tryst Arcane flimkien ma’ Emanuel Portelli. Dan l-album mid-duo Alexia Baldacchino u Julian Grech f’kolloaborazzjoni mal-kitarrist Emanuel Portelli ilna nistennew ftit. Konna diġà doqna x’ħoss jagħmel permezz tas-silta Lura, diversi ġimgħat ilu. Ħareġ propju fl-istess ġurnata mal-EP Ħsieb ta’ Julie Pomorski fil-11 ta’ Awwissu 2023. Fiħ ħames siltiet b’kollox imma tnejn minnhom twal sew u allura qed indoqq dawn waqt il-programm tal-lum:

  • Son of Other Days
  • Lura
  • Through Dimensions, Through Horizons

> Isma’ jew niżżel l-album Sun of Other Days ta’ Tryst Arcane fuq Bandcamp

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Comments

Leave a comment…