Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-98 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tmien staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Jas Rolyn – Hold Me Close
- Hooli – The World Is Mine
- Luke Chappell – Hate Me!
- Atomic Flame – Innocence Becomes Prey
- Benjamin Gatt – Heart on Fire
- Sound Synthesis – 582KMhz
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: L-Għanja Li Tibqa 2023: Merga. Kull sena waqt il-festival tal-kanzunetta Maltija magħruf bħala l-Għanja tal-Poplu jippreżentaw premju li kantant, kantanta, jew kantawtur veteran. Din is-sena, meta qed jiċċelebraw il-50 sena mill-bidu ta’ dan il-konkors, għalkemm hija l-47 edizzjoni, għażlu li dan il-ġieħ ta’ L-Għanja Li Tibqa imur għal dik li jiena niddeskrivi bħala r-reġina tal-Għanja tal-Poplu: Merga. Fil-programm tal-lum se nisimgħu lil Merga tinterpreta ż-żewġ kanzunetti li kantat f’dik is-serata, akkumpanjata mill-orkesta ta’ Pjazza Teatru Rjal immexxija mill-Mro Paul Abela. Imma nibdew billi l-preżentaturi Joseph Galea u Antonella Galea Lofreda jaqra script dwar Merga mħejji minn Tony Micallef.
> Ara l-47 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu kif ixxandar fuq TVM
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Zero/Infinity ta’ Kill the Action. Fil-verità dan huwa EP li għadu kemm ħareġ propju fi tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2023. Qed ninkludu s-siltiet kważi kollha li hemm fih. Sitt kull ma fih u minnhom se ndoqq dawn l-erbgħa:
- Zero Infinity
- Level
- Ready or Not
- Vacuum
> Isma’ l-EP Zero/Infinity ta’ Kill the Action fuq Spotify
BONUS: Fil-programm tal-lum insellem ukoll lil kantant Edwin Galea (1938–2023) li ħalliena nhar il-Ħadd 6 t’Awwissu fl-eta ta’ 84 sena. Edwin kantant Malti tas-seklu 20, imma għandna recording tiegħu ikanta mill-2015 kif oriġinarjament deher waqt programm ta’ Karl Bonaci fuq l-F Living. Il-kanzunetta jisimha Nerġa Niġi.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.