Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-92 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tmien staġun (anke jekk fl-introduzzjoni għedt li huwa d-disa’ staġun).
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kym Pepe – Mill-Bidu
- Tryst Arcane – Lura
- Myles – Silverlinin
- Martina Cutajar – Rise Up
- Jessika – Rain
- Davinia Pace – Lady Luxury
- Dawn Desire – Once Upon A Time
- 5 Years From Now – Greedo Island
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Min hu Debrii? Kultant jitfaċċa dan l-isem quddiemi meta nkun qed nara x’se ndoqq f’dawn il-programmi jew anke fil-poddati tiegħi ta’ Mużika Mod Ieħor. Debrii huwa Daniel Briffa u ilu għaddej bħala DJ fix-xena tal-mużika sew lokali kif ukoll internazzjonali. M’hemmx xi ammont kbir ta’ recordings tiegħu imma ssibu aktar milli qed ninkludi f’dan il-programm mill-aħħar sentejn/tlieta permezz tal-ħolqa t’hawn taħt:
- Nine to Five
- Drop This
- Wassup
- Home (feat. Martina Buttigieg + Maria Cini)
> Isma l-mużika ta’ Debrii fuq il-pjattaformi diġitali
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Everything Will Even Out ta’ Depanneur. Nifhem li dan huwa isem ġdid għall-biċċa l-kbira tas-semmiegħa tal-programmi tiegħi. Huwa ġdid għalija wkoll. Depannuer huwa Zack Fenech li twieled u trabba f’Malta anke jekk għax f’Malta għal xi snin u żar pajjiżna xi darbtejn oħra fl-aħħar snin. L-album ħareġ fuq Bandcamp fid-9 ta’ Ġunju 2023. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet
- We Don’t Hang Out Any More
- Crown and Tiger
- Lucky For Now
- Stoic Bonus
> Isma’ jew niżżel l-album Everything Will Even Out kollu ta’ Depanneur fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…