Skip to content

Mużika 21 – numru 069

IVVOTA: MMI 2022 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2023.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-69 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-sitt staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • The Travellers  Ħdejja
  • One11Ħdax u Ħdax
  • Scibi Breathing
  • Angela Vella Zarb Funny Face

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aħjar EPs maħruġa fl-2022.  Din l-aħħar ġimgħa sħiħa li fiha nistgħu niltgħu l-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022. Illum qed inħeġġu lil min għadu m’ivvotax billi nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aħjar EPs maħruġa minn Malta matul is-sena li għaddiet:

  • Bark Bark Disco – On the DanceFloor
  • Clandestines – Thunder (Greenmount Sessions)
  • Lighthouse – New Light
  • Myles – Silverlinin
  • 1905 – Emozzjonijiet Umani
  • One Pixel Moon – Love Is
  • ManaTapu – Rastaċċun

Extra track:

  • One Pixel Moon feat. Aaron Abdilla – Għalik

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha innominati fil-poll tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Eurachord album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Eurachord ta’ Eurachord. Dan huwa l-ewwel album li nħareġ fl-2023, propju fis-6 ta’ Jannar. Biex inkunu preċiżi dan mhux album Malti u anqas wieħed li propjament inħareġ f’Malta.  Ħareġ fuq il-Bandcamp mill-Italja u l-konnessjoni ma’ Malta hija li wieħed mit-3 mużiċisti li jiffurmaw dan il-proġett ta’ Eurachord huwa Aidan Zammit, li drabi oħra nafuh forsi aktar hawn Malta bħala Aidan Zammit Lupi. Insomma, hu x’inhu ħassejt li jkun tajjeb indoqq xi siltiet minnu fil-programm tal-lum u jekk trid tistgħu ssibu l-album kollu u aktar dettalji dwaru fuq Bandcamp:

  • Highway Radio
  • Venti
  • Sunday Mood

> Isma’ jew akkwista l-album Eurachord ta’ Eurachord fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...