Skip to content

Mużika 21 – numru 067

IVVOTA: MMI 2022 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2023.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-67 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-sitt staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Aidan + Ira Losco Rest in Peace
  • RheezBlanco
  • Joseph Zammit X’Jibqa’?
  • Jas Rolyn Hold Me Close

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa Lyric Videos tal-2022.  Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aqwa lyrics videos li ħarġu matul is-sena li għaddiet:

  • Karm Debattista mssp – Abba Missierna
  • The JoyGivers – Fis-Skiet ta’ Qalbna
  • Mara – X’Jimpurtani
  • Kersten Graham – For You
  • Paris to Istanbul – Atypical
  • Tryst Arcane – Spiral Meanderings
  • Geo Debono x Toby – Freedom of Love
  • Fuse – Rich Girl
  • Nicky Bomba – Bubble Time

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha innominati fil-poll tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Dylan De Bono - Loose Wire album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Loose Wire ta’ Dylan De Bono. Dan l-album ħareġ fit-25 ta’ Novembru 2022 u allura ili biex nikludih aktar minn xahar. Huwa innominat qalb l-albums fil-poll ta’ Mużika Mod Ieħor li bħalissa miftugħ għall-voti tagħkom. Kien hemm xi 3 siltiet li ħarġu minnu bħala singles b’promo video b’kollox u għażilt li ndoqq waħda minnhom bħala xi tracks minn dan l-album illum:

  • Fool
  • You Got Me So High
  • Aliens

> Isma’ l-album Loose Wire ta’ Dylan De Bono fuq Spotify.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...