Skip to content

Mużika 21 – numru 065

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-65 edizzjoni li huwa t-tlettax u l-aħħar programm fil-ħames staġun.


PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kafena flimkien ma’ Lara Kanta Magħna u Iżfen
  • ShismuSpace Jam (1996)
  • Damaged & Co.Truth
  • 5 Years from NowLow Key

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa videos bil-Malti tal-2022. Dalwaqt nifthu s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022. Bi tħejjija għal dan illum nibdew nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aħjar siltet maħruġa bħala video, f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ din ix-xorta. Waħda hija tal-videos mhux bil-Malti u l-oħra ta’ videos bil-Malti:

  • Glen Vella – Tagħna 2
  • Aidan – Ritmu
  • Freddie Portelli x Dario Genovese – Ma Kellekx Tort
  • Digby – Ifmuni
  • Kersten Graham + JPx – Għaliex Jien
  • The Travellers – Is-Sbuħija ta’ Dan iż-Żmien
  • Skald – Azzar
  • Brikkuni – Insa
  • Cher Camilleri – Ma Rajtnix

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Cher Camilleri - Semgħat id-Daqq album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Semgħat Id-Daqq ta’ Cher Camilleri. Dan l-album ħareġ fid-9 ta’ Diċembru 2022 u fih Cher tikkollabora primarjament ma’ Jimmy Bartolo. Minnu se ndoqq żewġ siltiet, u xejn xejn ngħallqu dan l-istaġun bit-tajjeb:

  • Nibni u Nħott
  • Qatt Ma Nitilfu L-Kulur

> Isma’ u niżżel l-album Semgħat Id-Daqq ta’ Cher Camilleri fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...