Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-57 edizzjoni li huwa l-ħames programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- 1905 – Jekk Jidħol il-Mewġ
- Bitterside – Read Between the Lines
- Joe Mizzi – Can’t Wait
- Chess Galea – Bayonetta 3 (Main Theme)
- Clifford Borg – Waterwings
- One11 feat. Lokko – Ħin Wara Ħin
- Tom Caruana – Hunters & Collectors from Inner Space feat. Willie Evans Jr
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: HAIW! HAIW! HAIW! X’inhu dan? Ma nafx eżatt. Naf li konnessjoni mal-grupp Cable 35. Mill-irmied ta’ dak il-grupp ħareġ d-duo Beesqueeze, magħmlu minn Chris Zahra u Kris Spiteri. U dan allura huwa l-proġett ta’ Jeffrey Zerafa meta sfaxxa l-grupp Cable 35. Minn dak li donnu huwa album bl-isem ta’ Circus Rock Radio maħruġ fl-2015 fuq Soundcloud, dawn huma xi siltiet ta’ Haiw Haiw Haiw…anqas kif tippronunzjha ma naf!
- 17th Winner
- Custard Hot Dog
- Do You Wanna Know
- Dory Ramone
> Sib il-mużika ta’ HAIW! HAIW! HAIW! fuq Soundcloud.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Past Tense ta’ The Velts. Minnu diġà tawna s-silta Cars f’Lulju li għadda, dik li konna nsejħulha single, bil-video b’kollox. L-ep ħareg fuq Bandcamp fis-7 ta’ Ottubru 2022, kif ukoll fuq pjattaformi oħra bħal Spotify. Illum mhux se nisimgħu dik is-silta imma se nisimgħu erbgħa oħra minn dan l-EP tal-grupp magħmul minn Sean Borg, Matthew Cardona, Alistair Abela, u Stephen Pace Axiak:
- Dream Boy
- What Lie Beneath the Heaven
- Under the Rain
- Nowhere is everywhere
> Isma’ u/jew niżżel l-EP Past Tense ta’ The Velts minn fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…