Mużika 21 – numru 027

Is-sensiela Mużika 21 tidħol fit-tielet staġun tagħha bis-sebgħa u għoxrin programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…

Paris to Istanbul – Atypical

PREMIERE RR ft. Melchior Sultana – Train Station

Gaia Cauchi – Eye For An Eye

Marie Valerie – Had Enough

Megan Bonello – Tell Me Why

Relikc – Would You Ever (Synth Party)

Melbourne Ska Orchestra – We’re All Fruit Salad (The Wiggles)

DiggerThings ft . Tim Ripper Owens – Time Will Tell

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-ewwel 3 xhur tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

Noir - Till You Switch Off The Light - album cover artPARTI 2: L-album tal-lum huwa Till You Switch Off The Light ta’ Noir li ħareġ fl-April tal-2016. Dan t-trio immexxi minn Kris Spiteri deher fil-Jazz Festival fis-sajf ta’ dik is-sena u ftit li xejn jidhirli li deher aktar wara dan. Ħasra għax tassew kien joffri ħoss alternattiv fuq ix-xena lokali b’mod partikolari kif nistgħu nisimgħu mis-siltiet li għażilt għall-programm dal-lum. Dawn jinkludu silta’ bil-parteċipazzjoni tal-poeta Immanuel Mifsud u verżjoni jazz ta’ Iċ-Ċimiterju tal-Brodu, f’arranġament ta’ Kris Spiteri.

  • May
  • Longing
  • Iċ-Cimiterju

Tista’ tixtri jew tisma’ l-album kollu Till You Switch Off The Light ta’ Noir fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Comments

Leave a comment…