Skip to content

Mużika 21 – numru 023

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bit-tlieta u għoxrin programm.

PARTI 1: Diski Maltin ġodda minn Frar 2022:

The Crowns feat. Gaia – Running
Matthew James – Wrong Reasons
JOON – Good Times (Acoustic)
Timothy Garrett– Everything We Know Has Changed

 

PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija l-poeżiji ta’ Charles Casha mmużikati minn Mario Debono. Riċentament irċivejt dawn it-tliet kanzunetti mibnija fuq poeżiji ta’ Casha, b’mużika u kant ta’ Debono. Charles Casha mhux assoċjat wisq mal-mużika jew il-kant bil-Malti. Aktarx li l-aktar li hu magħruf huwa bħala l-kittieb tal-praspar ta’ Fra Mudest, għalkemm kiteb bosta affarijiet oħra matul is-snin.  Tajjeb insemmu però, li fl-ewwel edizzjoni ta’ dak li llum huwa l-Għanja tal-Poplu rebaħ dak il-festival bil-kanzunetta L-Warda interpretata minn Charles Azzopardi. Mario Debono ukoll għandu rabta tajba ma’ dan l-istess festival; mhux biss ħa sehem bosta drabi imma rebaħ ukoll darbtejn (1980 u 1986), l-ewwel darba bil-kanzunetta Noli li huwa wkoll isem l-album li ħareġ fl-2020 eżatt kif faqqgħet il-pandemija.

It-3 kanzunetti minn din il-kollaborazzjoni ġdida huma:

  • Li Kieku Nista’
  • La Inti Qbadt u Tlaqt
  • Għada Malli Jisbaħ

Sib l-album Noli ta’ Mario Debono fuq Apple Music

 


Lord AdderPARTI 3:
L-album ta’ llum huma żewġ albums li nħarġu separatement mill-istess grupp fl-istess ġurnata. Il-grupp huwa Lord Adder u l-albums huma Operation Pedestal u 1565. Dawn inħarġu fis-7 ta’ Frar fuq Spotify u YouTube.

Minn Operation Pedestal nisimgħu:

  • Pmc
  • The Gut

Tista’ tisma’ l-album Operation Pedestal ta’ Lord Adder fuq Spotify jew YouTube

Minn 1565 nisimgħu:

  • Every Level
  • Back to Humanity

Tista’ tisma’ l-album 1565 ta’ Lord Adder fuq Spotify jew YouTube

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...