Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bil-wieħed u għoxrin programm.
PARTI 1: Diski Maltin ġodda fi Frar tal-2022:
PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija il-mod kif jiġġebbed il-preżent. Donnu xi wieħed mit-tensi fil-grammatika tal-mużikoloġija jew l-istorjografija. Il-preżent jirreferi għall-passat regolarment imma kultant dan isir b’mod daqs li kieku l-passat m’ilux wisq, anke meta jkunu għaddew bosta snin. Din tema li nistgħu niġu lura għaliha aktar minn darba f’din is-sensiela, però tajjeb ngħidilkom li ħsibt ftit sew dwarha wara li sirt naf li l-grupp Malti Clandestines fil-5 ta’ Frar ta’ din is-sena ħarġu żewġ siltiet fuq Bandcamp. Dawn iż-żewġ siltiet miġbura flimkien bħala Greenmount Sessions, u msemmija għall-istudio fejn ġew irrekordjatii f’Settembru tal-2014. Dawn kienu demos li qatt ma nħarġu fil-pubbliku qabel u allura dan huwa l-mod li jorbtu mat-tema tal-preżent imġebbed.
Sentejn qabel il-Greenmount Sessions, il-Clandestines kien ħarġu EP flimkien mal-grupp Hey Sus! li m’għadux attiv. Ħsibt li bħala parti mill-kontemplazzjoni fuq il-preżent imġebbed nisimgħu silta’ minn Summer Camp for Pale Young Boys, l-EP tal-Clandestines u Hey Sus! u bix-xieraq li nagħżel waħda tal-Hey Sus! – Kissing Cousins.
PARTI 3: L-album ta’ llum huwa l-ewwel wieħed mill-2015 minn Kafena, isem użatt minn kollaborazzjoni bejn mużiċisti Maltin li tawna biss dan ix-xogħol ma’ xulxin. ll-kantawtur Daniel Cauchi, magħruf aħjar bħala l-mexxej tal-Big Band Brothers u l-mużiċist versatili Kris Spiteri ħadmu flimkien bħala Kafena biex ipproduċew l-album Lukanda Propaganda. Is-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor kienu vvutawh bħala l-album tas-sena meta ħareġ, u llum se nisimgħu 3 siltiet minnu:
- Il-Marċ t’Efrem Sammut
- Lukanda Propaganda
- It-Tfal Ma Jaħtu Qatt
Tista’ tisma’ l-album Lukanda Propoganda ta’ Kefena fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.