IVVOTA: MMI 2021 Listeners’ Picks Poll
L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2022.
Is-sensiela Mużika 21 tidħol fit-tieni staġun bl-erbgħatax-il programm, li huwa l-ewwel wieħed għall-2022.
1. Nibdew inħallu warajna s-sena 2021 b’dawn is-sliet:
Djun – Fil-Pjazza tar-Raħal mis-sensiela Il-Medda tal-Ħoss ta’ Smash TV mill-2000, b’tifkira ta’ Enzo Gusman li miet fis-17 ta’ Diċembru 2021.
Dawn huma xi personalitajiet oħra mix-xena mużikali li ħallewna matul is-sena li għaddiet:
-
- Tony D’Amato (3 ta’ Jannar)
- Sammy Galea (18 ta’ Jannar)
- David Murphy – kitarrist ma’ The Graduates (21 ta’ Jannar)
- Cynthia Turner (1 ta’ Frar)
- Pawlu Grech (10 ta’ Frar) l-għada ta’ Chick Corea
- Jon Lukas Woodenman (11 ta’ Ġunju)
- Mikis Theodorakis ta’ 96 sena (2 Settembru)
- Colin Grech – drummer ma’ Ivory Cross (5 ta’ Settembru)
- John Manicolo tal-Exotique (11 ta’ Settembru)
- Fr Karm Borg mssp (23 ta’ Novembru)
- Laurie Simpson (27 ta’ Novembru)
- Gilbert Jill St John – bassist ma’ The Echoes (29 ta’ Novembru)
Chellcy Reitsma – Happy New Year
Kyle George – Back to You
The Clintess – Angel
DiggerThings ft Blaze Bayley – Ruby Eyes
2. Min hu Joseph Aquilina? Kantant Malti bbażat fl-Ingilterra. Mingħandu nisimgħu żewġ sliet li jidher fihom mill-album ta’ Chicane, li jismu Everything We Had To Leave Behind. Apparti t-title track, is-silta l-oħra hija 1000 More Suns.
Immorru lura fis-snin ukoll u nsibu lil Aquilina mal-grupp tiegħu li jġib kunjomu bis-silta oriġinali More To Ask. Din kont daqqejtha l-ewwel darba f’April tal-2006 waqt il-21 edizzjonii ta’ Mużika Mod Ieħor. Dan kont skoprejtu fuq il-MySpace, dak iż-żmien, imma issa erġajt sibtu ukoll fuq Soundcloud.
3. L-album tal-lum huwa Last Night When We Were Young ta’ Sandro Zerafa. Dan ħareġ f’Jannar tas-sena l-oħra u fih diversi standards tal-jazz irranġati minn dan il-kitarrist Malti bbażat f’Pariġi. Minnu għażilt dawn l-erba’ siltiet: You Do Something to Me (Cole Porter), Love is a Many Splendored Thing (Sammy Fain u Paul Francis Webster), If I Had You (Jimmy Campbell + Reg Connelly + Ted Shapiro), u Last Night When We Were Young (Harold Arlen u Yip Harburg).
Dan l-album jinbiegħ bħala CD u/jew download fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…