Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkompl b’programm ieħor li fih niltaqgħu ma’ aktar nies attivi fil-moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa l-erbgħa w għoxrin programm, li jiġi l-ħdax il-wieħed fit-tieni sensiela.
Din id-darba nitaqgħu ma’ Philip Kopetzsky, li huwa wieħed mill-amministraturi ta’ CEE, l-għaqda tal-Wikimedia miġbura madwar it-tema tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn il-konkors annwali Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti, li jorbot sew mal-ewwel parti tal-programm tal-lum.
Il-programm huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.
Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.