Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu b’żewġ programmi li fihom niltaqgħu ma’ aktar nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa l-għoxrin u l-wieħed u għoxrin programm, li jiġi s-seba’ u tmien wieħed fit-tieni sensiela.
F’dawn iż-żewġ programmi niltaqgħu ma’ John Cummings, li huwa il-Wikipedista Residenti mal-UNESCO f’Pariġi. Miegħu nitkellmu diversi aspetti tal-użu tal-Wikipedia fil-kuntest tal-Ġnus Magħquda, kif ukoll punti oħra mill-esperjenza vasta tiegħu bħala Wikipedist għal aktar minn 10 snin.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn kif jidhru l-Ġnus Magħquda u Siti ta’ Wirt Dinji fuq il-Wikipedija bil-Malti..
Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.
Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.